Proċedura : 2016/2550(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000070/2016

Testi mressqa :

O-000070/2016 (B8-0364/2016)

Dibattiti :

PV 09/05/2016 - 15
CRE 09/05/2016 - 15

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 29k
20 ta' April 2016
O-000070/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000070/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

 Suġġett: Inħaffu l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni
 Tweġiba fil-plenarja 

Il-politika ta' koeżjoni tal-UE, b'baġit ta' aktar minn EUR 350 biljun sal-2020, f'xi Stati Membri tirrappreżenta s-sors ewlieni ta' investiment pubbliku. L-objettivi ta' titjib fit-tkabbir u ta' ħolqien tal-impjiegi jistgħu jintlaħqu permezz ta' interazzjoni koerenti fit-taħlita ta' politika ekonomika tal-UE ta' riformi strutturali u investiment li jtejjeb it-tkabbir, kollha appoġġati u aċċellerati permezz ta' investimenti fil-politika ta' koeżjoni.

Skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (1303/2013), il-Kummissjoni "għandha tiddiżimpenja kwalunkwe parti mill-ammont fi programm operazzjonali li ma jkunx intuża għall-pagament tal-prefinanzjament inizjali u annwali u għall-pagamenti interim sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena finanzjarja wara s-sena ta' impenn tal-baġit skont il-programm operazzjonali". Waqt li l-fatt li r-regola N+2 mill-qafas finanzjarju 2007-2013 ġiet estiża għal N+3 għall-Istati Membri kollha huwa pożittiv, hemm preokkupazzjoni dwar id-dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020, inkluż id-dewmien fl-adozzjoni tal-Programmi Operazzjonali.

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tħaffef l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni? X'miżuri qed jiġu previsti biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Programmi Operazzjonali sabiex jiġi evitat id-diżimpenn tal-fondi?

2. Barra minn hekk, fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni tista' tipprovdi informazzjoni dwar l-akbar ostakli u problemi fl-Istati Membri matul l-implimentazzjoni li xekklu l-assorbiment tal-fondi? Il-Kummissjoni tista' tindika wkoll l-ammonti f'riskju ta' diżimpenn previsti f'dan l-istadju? Il-Kummissjoni tista' tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati tal-intervent tat-Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar fit-tmien Stat Membri koperti bejn l-2014 u tmiem l-2015?

3. X'se tkun l-enfasi tal-attivitajiet tat-Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020?

4. Billi l-kapaċità amministrattiva hija prekundizzjoni essenzjali għal prestazzjoni f'waqtha u b'suċċess tal-politika ta' koeżjoni, il-Kummissjoni tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni? X'azzjonijiet qed jiġu previsti f'dan ir-rigward?

5. Meta wieħed iżomm f'moħħu li teżisti korrelazzjoni bejn il-governanza tajba u l-kapaċità ta' assorbiment, x'miżuri se jiġu ssuġġeriti sabiex jitħeġġu r-riformi strutturali, it-tkabbir u l-konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi l-investiment, u anke biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja?

6. Pagamenti f'waqthom huma importanti għall-implimentazzjoni xierqa u l-kredibilità tal-politika. X'miżuri qed jiġu previsti biex tkun żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Pagament fil-kuntest tal-baġit 2016 u għas-snin li ġejjin?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza