Mistoqsija Parlamentari - O-000073/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000073/2016

L-eżistenza ta' ostakli nontariffarji fuq l-esportaturi alimentari fis-suq intern tal-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000073/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Proċedura : 2016/2681(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000073/2016
Testi mressqa :
O-000073/2016 (B8-0707/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-okkorrenza dejjem aktar frekwenti fejn Stati Membri jimponu ostakli nontariffarji fuq l-esportaturi alimentari fis-suq intern, u l-fatt li dawn l-azzjonijiet huma bi ksur tad-dritt tal-UE, tisfida waħda mill-erba' libertajiet fundamentali tal-UE, jiġifieri l-moviment ħieles tal-oġġetti (l-Artikolu 3 TFUE, l-Artikolu 28 TFUE u l-Artikolu 49 TFUE).

Dawn l-azzjonijiet, minbarra li huma ta' natura diskriminatorja, għandhom impatt ukoll fuq il-kompetittività tal-ikel importat fis-suq intern tal-UE (l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 102 TFUE) b'tali mod li jista' jkollu implikazzjonijiet negattivi għall-ekonomija tal-UE u jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-kummerċ transfruntier tal-prodotti alimentari fis-suq intern. Il-konsegwenzi ta' tali azzjonijiet jista' jkollhom ukoll impatt negattiv fuq il-funzjonament tal-SMEs fis-suq intern.

1. Il-Kummissjoni x'azzjoni ġudizzjarja qed tippjana li tieħu kontra l-Istati Membri li jimplimentaw prattiki diskriminatorji kontra l-esportaturi alimentari fl-UE?

2. Hi l-Kummissjoni analizzat il-problemi msemmija hawn fuq u sejra tikkunsidra l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-UE li jipprojbixxu tali prattiki milli jaffettwaw l-importazzjonijiet alimentari bil-għan li tiggarantixxi l-funzjonament xieraq, ġust u trasparenti tas-suq intern tal-UE għall-produtturi alimentari u l-bejjiegħa alimentari bl-imnut?

3. Fil-kuntest tal-istrateġija tas-suq intern adottata mill-Kummissjoni f'Ottubru 2015:

a. Se tikkunsidra, il-Kummissjoni, li tipproponi azzjonijiet deċiżivi li jillimitaw l-applikazzjoni ta' miżuri/prattiki protezzjonisti min-naħa tal-Istati Membri fis-suq intern?

b. Se tistudja, il-Kummissjoni, il-possibbiltà li tintroduċi dispożizzjonijiet tal-UE li jipprojbixxu dawn l-azzjonijiet fir-rigward tal-importazzjonijiet alimentari, bil-għan li jiġi ggarantit il-funzjonament xieraq, ġust u trasparenti tas-suq intern tal-UE għall-produtturi alimentari u l-bejjiegħa alimentari bl-imnut, u meta tipprevedi li tagħmel dan?