Mistoqsija Parlamentari - O-000087/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000087/2016

Skemi ta' dħul minimu fl-Unjoni Ewropea

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000087/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Thomas Händel, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2016/2676(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000087/2016
Testi mressqa :
O-000087/2016 (B8-0710/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Waħda mill-miri tal-Ewropa 2020 hija li tneħħi 20 miljun persuna mir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Bħalissa, aktar minn 120 miljun Ewropew qegħdin f'din is-sitwazzjoni, għal raġunijiet li jinkludu l-qgħad persistenti, il-pagi baxxi u d-dgħufija tal-iskemi tal-protezzjoni soċjali, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-aktar affettwati mill-kriżi. Il-President Juncker, fid-diskors inawgurali tiegħu, irrefera għall-ħtieġa li jiġi pprovdut "dħul adegwat" lill-Ewropej kollha, iżda l-istrateġija tal-UE tibqa' mhux ċara. Filwaqt li l-impjieg huwa mod kruċjali li bih tista' toħroġ mill-faqar, skemi ta' dħul minimu jistgħu jkunu strumenti ewlenin biex tiġi ggarantita protezzjoni soċjali u ugwaljanza akbar fir-rigward ta' opportunitajiet. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010[1], il-Parlament enfasizza li dħul minimu adegwat għandhom jiġi stabbilit sa mill-inqas 60 % tad-dħul medju tal-Istati Membri sabiex ikopri l-ispejjeż bażiċi tal-ħajja filwaqt li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali. Dan l-approċċ jista' jiġi promoss mill-Kummissjoni sabiex l-Istati Membri jimplimentaw dħul minimu adegwat u aċċessibbli f'konformità mal-prattiki nazzjonali. Skont l-Artikoli 9 u 153(1)(h) u (j) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u l-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE:

1. Il-Kummissjoni kif tiddefinixxi "dħul adegwat", u x'karatteristiċi jinvolvi?

2. Meta se tivvaluta l-iskemi ta' dħul minimu fl-UE u tippromwovi l-parametraġġ referenzjarju u l-aħjar prattiki kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016[2]? Liema programmi jistgħu jintużaw biex jipprovdu appoġġ amministrattiv lill-Istati Membri?

3. Liema miżuri se tieħu fir-rigward ta' dħul minimu b'segwitu għar-rakkomandazzjoni 2008/867/KE tagħha?

4. Kif se tiżgura li, f'pajjiżi taħt programmi ta' aġġustament finanzjarju, finanzjament għad-dħul minimu garantit (DMG) m'għandux jissostitwixxi dispożizzjonijiet soċjali oħra?

5. Kif se tgħin lill-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet biex tiġi evitata dipendenza fit-tul fuq dħul minimu?