Mistoqsija Parlamentari - O-000093/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000093/2016

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u Eurojust

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000093/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura : 2016/2750(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000093/2016
Testi mressqa :
O-000093/2016 (B8-0716/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) (COM(2013)0534) fis-17 ta' Lulju 2013, proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ("id-Direttiva dwar il-PIF") (COM(2012)0363) fil-11 ta' Lulju 2012, u proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) fis-17 ta' Lulju 2013 (COM(2013)0535).

1. Tista' l-Kummissjoni tindika s-sitwazzjoni attwali, kwalunkwe kwistjoni pendenti u mistennija fil-futur u skeda ta' żmien rigward l-adozzjoni ta' dawn il-proposti, speċjalment minħabba li dawn huma interkonnessi?

2. Il-Kummissjoni taqbel mal-Parlament li, peress li d-Direttiva dwar il-PIF tistipula r-reati kriminali li għalihom huwa kompetenti l-UPPE, dik id-direttiva għandha tiġi adottata qabel ir-Regolament tal-UPPE?

3. Tista' l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni dwar l-impatt finanzjarju u prattiku tal-UPPE l-ġdid (wara l-bidliet li saru lit-test tal-Kummissjoni min-naħa tal-Kunsill), inkluż l-impatt fuq il-baġit ta' Eurojust?

4. Tista' l-Kummissjoni tispjega xinhuma r-rabtiet operattivi, organizzattivi u amministrattivi bejn iż-żewġ entitajiet, u tipprovdi informazzjoni dwar il-limitu sa fejn jistgħu jkunu involuti l-parlamenti nazzjonali?