Mistoqsija Parlamentari - O-000094/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000094/2016

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000094/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Thomas Händel, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2016/2793(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000094/2016
Testi mressqa :
O-000094/2016 (B8-0709/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fit-22 ta' April 2013, permezz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill, l-Istati Membri tal-UE impenjaw lilhom infushom li jistabbilixxu skemi ta' "Garanzija għaż-Żgħażagħ" (YG) bil-għan li jipprovdu liż-żgħażagħ b' "offerta ta' impjieg, ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship fi żmien perjodu ta' 4 xhur minn meta jispiċċaw mill-impjieg jew jitilqu mill-edukazzjoni formali". Fl-istess ħin, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) ġiet imnedija biex tipprovdi appoġġ għaż-żgħażagħ taħt it-30 sena f'reġjuni fejn il-qgħad taż-żgħażagħ kien partikularment għoli u biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' garanzija għaż-żgħażagħ. Biex jista' jkun hemm impatt akbar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kienet imnedija mill-ewwel fl-ewwel sentejn tal-QPF (2014-15), filwaqt li l-Istati Membri ingħataw finanzjament sostanzjali fil-forma ta' prefinanzjament, li fl-2015 żdied bi 30 %.

Filwaqt li r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi 2016 jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tat-spinta biex titjieb it-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u x-xogħol, u l-qgħad fost iż-żgħażagħ b'mod ġenerali beda jonqos, ir-rati għadhom għoljin f'xi Stati Membri u d-differenzi reġjonali għadhom konsiderevoli.

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma għodda essenzjali fil-ġlieda kontra l-qgħad taż-żgħażagħ. Fis-7 ta' Marzu 2016, il-Kunsill Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) approva messaġġi ewlenin dwar l-orjentament futur tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ wara l-2016. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tippreżenta rapport ta' implimentazzjoni f'Ottubru. F'Marzu 2015 il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppreżentat rapport ta' implimentazzjoni dwar l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

1. L-Istati Membri kellhom ilestu l-ewwel evaluazzjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ sa Diċembru 2015. Tista' l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar is-sejbiet prinċipali ta' dawk l-evalwazzjonijiet, inkluż dwar l-implimentazzjoni korretta tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-kwalità tal-offerti u s-sostenibbiltà tar-riżultati, sabiex tipprovdi input fil-ħin u meħtieġ għad-dibattitu dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li huwa imminenti?

2. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-varar tal-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-użu tal-finanzjament tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ attwalment mexjin skont il-pjan? Il-prefinanzjament (akbar) aċċellera l-użu tiegħu? Liema miżuri jistgħu jittieħdu biex ikun issimplifikat u razzjonalizzat l-aċċess għall-fondi permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u/jew il-Fond Soċjali Ewropew?

3. Il-Kummissjoni temmen li hu meħtieġ investiment kontinwu fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ, inkluż permezz ta' estensjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ?