Mistoqsijiet parlamentari
PDF 199kWORD 18k
28 ta' Ġunju 2016
O-000100/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000100/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Gilles Pargneaux, Robert Rochefort, Bart Staes, Frédérique Ries, Romana Tomc, Karin Kadenbach, Philippe Juvin, Valentinas Mazuronis, Miroslav Mikolášik, Françoise Grossetête, Lynn Boylan, Tanja Fajon, Michèle Rivasi, Louis-Joseph Manscour, Piernicola Pedicini, Marco Valli, Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, David Borrelli, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rosa D'Amato, Eleonora Evi, Laura Ferrara, Dario Tamburrano, Marco Zanni, Marco Zullo, Rolandas Paksas, José Bové, Alojz Peterle, Linda McAvan, Benedek Jávor, Nicola Caputo, Marc Tarabella, Pervenche Berès, Dennis de Jong, Igor Šoltes

 Suġġett: Ftehim ta' kooperazzjoni ma' Philip Morris International (PMI)

Il-Ftehim Philip Morris International (PMI) għandu jiskadi fid-9 ta' Lulju 2016.

Fid-9 ta' Marzu 2016, il-Parlament adotta riżoluzzjoni li titlob lill-Kummissjoni ma ġġeddidx, ittawwal jew terġa' tinnegozja dan il-Ftehim lil hinn mid-data ta' skadenza attwali tiegħu.

Aħna esprimejna l-konvinzjoni li l-Ftehim PMI jibgħat messaġġ ħażin u kontraproduċenti lil pajjiżi terzi li l-UE tinvolvi ruħha f'interazzjonijiet mhux xierqa mal-industrija tat-tabakk, u bhekk tiddgħajjef ir-reputazzjoni tagħha bħala mexxej globali dwar il-kontroll tat-tabakk.

Fl-20 ta' Mejju 2016, id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk, li tipprevedi rekwiżit ġuridiku għal kumpaniji tat-tabakk biex jintroduċu sistema ta' traċċar u biex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza tagħha, daħlet fis-seħħ fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Fis-7 ta' Ġunju 2016, il-Parlament ta l-kunsens tiegħu biex jiġi ratifikat il-Protokoll tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-eliminazzjoni ta' kummerċ illeċitu fil-prodotti tat-tabakk (Protokoll FCTC). Fis-17 ta' Ġunju 2016, l-Istati Membri segwew fil-Kunsill u formalment adottaw iż-żewġ deċiżjonijiet li jippermettu li l-istrumenti tal-UE tar-ratifika jiġi ddepożitat fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.

Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-industrija tat-tabakk fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali tmur kontra l-Artikolu 8(12) tal-Protokoll FCTC, li jispeċifika li "l-obbligi assenjati lil Parti ma jitwettqux mill-industrija tat-tabakk jew jiġu delegati lilha".

Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li ġġedded, testendi jew tinnegozja mill-ġdid il-Ftehim PMI li se jiskadi fid-9 ta' Lulju 2016?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza