Mistoqsija Parlamentari - O-000102/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000102/2016

Xiri ta' logħbiet

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000102/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Silvia Costa, f'isem il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Proċedura : 2016/2873(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000102/2016
Testi mressqa :
O-000102/2016 (B8-0714/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi, marbuta ma’ mħatri illegali, huwa theddida serja għall-integrità tal-isports. Il-Parlament enfasizza f’bosta okkażjonijiet l-impenn tiegħu fil-ġlieda kontra xiri tal-logħob, u afferma mill-ġdid l-attitudni pożittiva tiegħu lejn il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-manipulazzjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi.

Il-Parlament japprezza r-rwol tal-Kummissjoni fil-proċess tan-negozjati u fil-proposta ta' firmar tal-UE. Il-Parlament jenfasizza wkoll li hu mixtieq ħafna li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkunu involuti fit-twaqqif tas-sistema ta’ monitoraġġ u tal-iżvilupp ta’ kooperazzjoni operattiva fil-qafas tal-Konvenzjoni sa mid-dħul fis-seħħ tagħha.

F’dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew jiddispjaċih ħafna li l-Konvenzjoni d-dħul fis-seħħ issa safa ttardjat.

Għandu jiġi nnutat li hemm appoġġ wiesa’ mill-Istati Membri favur ta’ d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni, u li xi wħud huma lesti li jirratifikaw iżda sempliċement ma jkunux jistgħu jagħmlu dan minħabba kwestjonijiet proċedurali interni tal-UE u l-oppożizzjoni politika ta’ pajjiż wieħed.

Liema passi qed taħseb li tieħu l-Kummissjoni sabiex jiżblokka din is-sitwazzjoni u jkun permess li l-Istati Membri — li kellhom rwol ewlieni fit-tħejjija ta’ din il-Konvenzjoni — jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni mill-aktar fis possibbli?