Mistoqsija għal tweġiba orali O-000103/2016 lill-Kunsill Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel Peter Liese, f'isem il-Grupp PPE Jo Leinen, f'isem il-Grupp S&D Julie Girling, f'isem il-Grupp ECR Gerben-Jan Gerbrandy, f'isem il-Grupp ALDE Estefanía Torres Martínez, f'isem il-Grupp GUE/NGL Bas Eickhout, f'isem il-Grupp Verts/ALE Marco Affronte, f'isem il-Grupp EFDD
Suġġett: Il-Konferenza tan-NU tal-2016 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Marrakexx, il-Marokk (COP22)
X'azzjoni qiegħed jieħu l-Kunsill biex jiżgura li l-Konferenza COP22 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Marrakexx tagħmel progress sinifikanti sabiex:
– timxi 'l quddiem fir-rigward tal-elementi importanti tal-Ftehim ta' Pariġi, inklużi qafas ta' trasparenza mtejjeb, dettalji tal-bilanċ globali, gwida ulterjuri dwar l-NDCs, u mekkaniżmu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni u jippromwovi l-konformità;
– tagħti forma lid-djalogu faċilitattiv tal-2018 li se jkun opportunità importanti sabiex jingħalaq id-distakk persistenti fir-rigward tal-mitigazzjoni minħabba l-INDCs attwali; u
– iżżid il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-klima sabiex jinkiseb l-għan konġunt ta' USD 100 biljun fis-sena sal-2020?