Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 16k
20 ta' Lulju 2016
O-000108/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000108/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bernd Lange, Alexander Graf Lambsdorff, f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

 Suġġett: Sorveljanza parlamentari u monitoraġġ tas-soċjetà ċivili tal-FSE tas-SADC-UE

Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika aderenti għall-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika u l-UE (il-FSE tal-SADC-UE) ġie ffirmat fl-10 ta' Ġunju 2016 fil-Botswana bejn l-UE u l-Istati tal-FSE tas-SADC-UE. L-iżvilupp sostenibbli huwa wieħed mit-temi globali tal-FSE, inkluża l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet tax-xogħol, tal-governanza tajba, tal-istat tad-dritt u elementi essenzjali oħra. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-FSE jrid ikun implimentat u mmonitorjat b'mod effikaċi. Minkejja li l-FSE tal-SADC-UE fih kapitolu relattivament komprensiv dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-FSE jridu jiġu kkjarifikati.

1. X'miżuri speċifiċi se tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura li l-FSE jiġi implimentat b'mod li jħares id-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-FSE tal-SADC-UE, u se tikkunsidra t-twaqqif ta' proċess strutturat ta' monitoraġġ tas-soċjetà ċivili bħal Grupp Konsultattiv Domestiku u dispożizzjonijiet għal sorveljanza parlamentari?

2. Il-Kummissjoni tista' telabora dwar kif kwalunkwe parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili ser tkun iffinanzjata?

3. Il-Kummissjoni kif beħsiebha tinkorpora r-rapporti, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex tindirizza każijiet ta' ksur tal-impenji taħt il-FSE?

4. X'miżuri se tieħu l-Kummissjoni biex tiżgura koerenza tal-politika għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-ftehim?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza