Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 17k
2 ta' Settembru 2016
O-000110/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000110/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Nicola Caputo, Pavel Poc, Biljana Borzan, Gilles Pargneaux, Frédérique Ries, Bronis Ropė, Eric Andrieu, Enrico Gasbarra, Romana Tomc, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Nikolay Barekov, Marc Tarabella, Daniel Buda, Lynn Boylan, Stefan Eck, Angel Dzhambazki, Patricija Šulin, Christel Schaldemose, Rolandas Paksas, Ivo Vajgl, Olga Sehnalová, Jo Leinen, Momchil Nekov, Norbert Erdős, Michela Giuffrida, Brando Benifei, György Hölvényi, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Maria Lidia Senra Rodríguez, Doru-Claudian Frunzulică, Pavel Telička, Yana Toom, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Michèle Rivasi, Isabella De Monte, Clara Eugenia Aguilera García, Sofia Sakorafa, Ivan Jakovčić, Merja Kyllönen, Aldo Patriciello, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Milan Zver, Anna Záborská, Anja Hazekamp, Tibor Szanyi, Miltiadis Kyrkos, Marlene Mizzi, Hugues Bayet, Claude Rolin, Viorica Dăncilă, Jasenko Selimovic, Filiz Hyusmenova, Miroslav Poche, Carolina Punset, István Ujhelyi, Marco Zullo, Renate Sommer, Mairead McGuinness, Rosa D'Amato, Monika Smolková, Alojz Peterle, Andrea Cozzolino, Stelios Kouloglou

 Suġġett: Ir-riskji għas-saħħa relatati mal-konsum taż-żejt veġetali, b'mod partikolari ż-żejt tal-palm

L-EFSA reċentement ikkonkludiet li hemm biżżejjed provi li l-esteri tal-aċidu grass tal-gliċidil – kontaminanti ffurmati waqt l-ipproċessar ta' żjut veġetali raffinati – huma ġenotossiċi u karċinoġeni.

L-ogħla livelli ta' esteri tal-aċidu grass tal-gliċidil instabu fiż-żjut tal-palm u fix-xaħmijiet tal-palm.

Skont l-EFSA, it-trabi huma esposti għal sa għaxar darbiet aktar mill-livelli aċettabbli minħabba l-ħalib tat-trab għat-trabi.

Minkejja li l-livelli ta' esteri tal-aċidu grass tal-gliċidil fiż-żjut u x-xaħmijiet tal-palm naqsu b'nofs matul l-aħħar sitt snin, iż-żejt tal-palm għadu l-akbar kontributur għal ħafna individwi. Iż-żejt tal-palm huwa potenzjalment ta' tħassib għas-saħħa, speċjalment għat-tfal u ż-żgħażagħ, kif ukoll għal dawk kollha li jikkunsmaw prodotti tal-ikel li fihom ħafna aċidi grassi tal-palm, peress li jinsab fil-prodotti tat-tnaqqir, gallettini, grissini, galletti u f'għexieren ta' prodotti tal-ikel oħra u fil-prodotti tal-ikel tat-tfal.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, tista' l-Kummissjoni tgħid:

– kif biħsiebha ġġestixxi r-riskji potenzjali għall-konsumaturi mill-esponiment għal dawn is-sustanzi fl-ikel;

– jekk hix biħsiebha tadotta miżuri regolatorji biex tillimita l-preżenza ta' komposti riskjużi fiż-żejt tal-palm sabiex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza