Il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar, id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti - Aġenda għal azzjoni tal-UE
9.9.2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000112/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Linda McAvan, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp
Giovanni La Via, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Bernd Lange, f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Jerzy Buzek, f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Il-Kummissjoni kif, b'mod konkret, se twieġeb għar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 13/2015? Se jkunu mmobilizzati riżorsi addizzjonali biex inwieġbu għall-isfidi ta' implimentazzjoni, u se jiġu żviluppati mekkaniżmi speċifiċi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT)?
X'inhi l-istrateġija tal-Kummissjoni biex terġa' tqajjem il-momentum politiku għal FLEGT f'pajjiżi li jagħmlu parti mill-Ftehim ta' Sħubija Volontarju u biex tħaffef ir-riformi ta' governanza li huma meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT?
Il-Kummissjoni kif qiegħda tassigura koerenza u sinerġiji bejn il-politiki ta' mitigazzjoni tal-klima u FLEGT, speċjalment rigward l-aspetti ta' governanza?