Mistoqsija Parlamentari - O-000117/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000117/2016

Pass tal-Interrail għall-Ewropa meta wieħed jagħlaq it-18-il sena

27.9.2016

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000117/2016/rev.1
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Manfred Weber, Wim van de Camp, José Manuel Fernandes, f'isem il-Grupp PPE

Il-mobbiltà taż-żgħażagħ hija essenzjali biex jiġi promoss sens ta' appartenenza Ewropea, biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tiġi żgurata ekonomija Ewropea kompetittiva. Madankollu, minkejja s-suċċess tal-programmi Erasmus, Erasmus+ u ta' programmi oħrajn relatati, din għadha mhix mifruxa.

Sadanittant, il-populiżmu u t-tixrid ta' informazzjoni ħażina huma waħda mill-akbar theddidiet li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa llum. F'dan il-kuntest, il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ għandhom rwol ewlieni x'jaqdu bħala kontrapiż, u l-Unjoni Ewropea għandha tagħtihom il-mezzi biex jiskopru min huma l-ġirien tagħhom u x'opportunitajiet jistgħu Stati Membri oħra joffru lil kull ċittadin Ewropew.

L-Unjoni Ewropea investiet bil-kbir fl-infrastruttura ferrovjarja, fejn dan l-investiment kien jirrappreżenta sa 30% tal-investiment totali f'xi Stati Membri, filwaqt li l-fondi orjentati lejn il-ferroviji se jikbru minn EUR 23,4 biljun għal EUR 29,9 biljun għall-2014-2020, u dan se jagħmel in-netwerk tal-Interrail eżempju tas-suċċess Ewropew għaċ-ċittadini.

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkunsidra li tieħu l-inizjattiva li tniedi programm ġdid bl-isem "Pass tal-Interrail għall-Ewropa f'għeluq it-18-il sena", li jinvolvi li kull Ewropew (ċittadin jew residenti b'mod legali) jingħata pass tal-Interrail bla ħlas meta dan jagħlaq 18-il sena, u li tħares lejn il-possibbiltajiet li tiddedika l-fondi adegwati biex dan ikun kompletament operattiv mill-aktar fis, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kumpaniji ferrovjarji u l-Istati Membri?

Għall-Istati Membri li mhumiex parti min-netwerk tal-Interrail (l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Ċipru u Malta) il-programm ikun tkopri l-ispejjeż ta' mezzi oħra ta' trasport, bħal karozza tal-linja jew vapur, biex jintlaħaq l-eqreb Stat Membru fin-netwerk. Programm bħal dan jagħti liż-żgħażagħ kollha, irrispettivament mill-isfond soċjali jew edukattiv tagħhom, l-opportunità li jiskopru d-diversità tal-Ewropa, u jippromwovi l-ivvjaġġar bl-Interrail bħala mod prammatiku biex titnaqqas l-marka tal-karbonju tal-Ewropa.