Mistoqsija Parlamentari - O-000133/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000133/2016

L-istabbiliment ta' Garanzija ta' Ħiliet

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000133/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Thomas Händel, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Proċedura : 2016/2799(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000133/2016
Testi mressqa :
O-000133/2016 (B8-1808/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

F'dinja li qed isir dejjem iktar diġitalizzata, persuni bi kwalifiki baxxi għandom opportunitajiet ta' impjieg imnaqqsa, huma aktar vulnerabbli għal qgħad fit-tul u jkollhom aktar diffikultajiet biex jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà. Skont l-OECD, proporzjon għoli ta' adulti b'livell baxx ta' profiċjenza f'ħiliet bażiċi (il-litteriżmu, in-numeriżmu) u f'ħiliet diġitali huma konnessi ma' livelli aktar baxxi ta' produttività tax-xogħol u ta' prospetti aktar baxxi ta' tkabbir u kompetittività. Dan mhux biss hu ta' ħsara għall-individwi iżda jirrappreżenta wkoll spiża kbira għall-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi. Madankollu, l-iżvilupp ta' metodi ġodda ta' xogħol u ta' setturi orjentati lejn il-futur għandhom funzjoni determinati dwar it-tipi ta' ħiliet meħtieġa. In-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet mhux biss jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-produttività u t-tkabbir, iżda anke s-sitwazzjoni soċjali fi ħdan u fost l-Istati Membri. Il-proposta tal-Kummissjoni tirrakkomanda li huma jibnu fuq inizjattivi jew politiki eżistenti u jistabbilixxu Garanzija ta' Ħiliet li tippermetti li dawk li jkunu telqu s-sistema edukattiva mingħajr ma jkunu lestew l-edukazzjoni sekondarja għolja jew ekwivalenti u li ma jkunux eliġibbli għal appoġġ skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, ikunu jistgħu jaċċessaw perkorsi għat-titjib tal-ħiliet.

1. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex malajr kemm jista' jkun ifasslu pjan ta' azzjoni biex ikun implimentat. Il-Kummissjoni ipprevediet mekkaniżmu jew entità li tappoġġjahom fit-tħejjija u s-sorveljanza ta' dan il-pjan? Diversi partijiet interessati għandhom ikunu assoċjati fit-tħejjija tal-pjan: kif se jkunu mħeġġa l-Istati Membri jinvolvu lis-soċjetà ċivili, il-provvedituri tal-edukazzjoni, it-trade unions u dawk li jħaddmu (l-impriżi u l-industrija) fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet?

2. Il-Kummissjoni tqis li hu possibbli li din l-inizjattiva sseħħ mingħajr finanzjament addizzjonali? Jissemma l-użu ta' fondi differenti tal-UE (eż FSE u Erasmus+). Il-Kummissjoni se tipprevedi proċeduri xierqa li jippermettu ġabra flimkien ta' fondi differenti mingħajr ma tinħoloq aktar burokrazija?

3. Liema strateġija se tuża l-Kummissjoni biex tinvolvi l-Istati Membri f'din l-inizjattiva li mhijiex legalment vinkolanti?

4. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-illitteriżmu hu t-tluq bikri mill-iskola: kif beħsiebha l-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni permezz tar-rakkomandazzjoni tagħha?