Mistoqsija Parlamentari - O-000139/2016Mistoqsija Parlamentari
O-000139/2016

Is-sitwazzjoni fl-Italja wara t-terremoti

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000139/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg, Petras Auštrevičius, Norica Nicolai, Urmas Paet, f'isem il-Grupp ALDE
Remo Sernagiotto, Raffaele Fitto

Proċedura : 2016/2988(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000139/2016
Testi mressqa :
O-000139/2016 (B8-1812/2016)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fl-24 ta' Awwissu 2016 l-Italja Ċentrali ntlaqtet minn terremot devastanti, filwaqt li fis-26 u t-30 ta' Ottubru r-reġjuni tal-Italja Ċentrali ntlaqtu minn tliet terremoti kbar oħra, fost sensiela ta' theżżiżiet, b'qawwa ta' 5.5, 6.1 u 6.5 rispettivament. Fit-terremoti tilfu ħajjithom 290 persuna, u aktar minn 400 ġew rappurtati midruba, filwaqt li l-possibbiltà ta' "effett domino" tista' twassal biex 100 000 persuna jisfaw spostati.

It-territorji kkonċernati jbatu minn deformazzjoni li testendi fuq żona ta' madwar 130 kilometru kwadru, bi spostament massimu ta' mill-inqas 70 ċentimetru. Minħabba f'hekk, it-terremoti qerdu bliet sħaħ, għamlu ħafna ħsara fl-infrastruttura lokali u reġjonali, qerdu oġġetti ta' wirt storiku u kulturali, u kkompromettew l-attività ekonomika, speċjalment l-SMEs, l-agrikoltura u r-riżorsi turistiċi u gastronomiċi.

Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet klimatiċi ħorox li huma mistennija fl-istaġun tax-xitwa huma ta' tħassib kbir għall-ħafna persuni spostati. Din il-problema trid tiġi indirizzata malajr u b'mod effikaċi sabiex il-persuni mċaħħda minn djarhom tingħatalhom garanzija ta' kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti.

Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni hija mitluba twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

– Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri neċessarji kollha sabiex tagħti appoġġ u għajnuna lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali Taljani involuti fil-ħidma ta' sokkors wara d-diżastru?

– Il-Kummissjoni beħsiebha teżamina l-proċeduri eżistenti għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-fondi bil-għan li dawn jiġu ssimplifikati u biex iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni u l-ħlas ta' għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà jitqassar?

– Il-Kummissjoni beħsiebha tivvaluta l-fattibbiltà li jinħoloq mekkaniżmu ta' qafas ta' self tal-BEI bl-iskop li l-Istati Membri jingħataw il-fondi qabel ma jsir il-ħlas mill-Fond ta' Solidarjetà?