Proċedura : 2016/2986(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000142/2016

Testi mressqa :

O-000142/2016 (B8-1820/2016)

Dibattiti :

PV 14/12/2016 - 20
CRE 14/12/2016 - 20

Votazzjonijiet :

PV 02/03/2017 - 6.5

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 17k
17 ta' Novembru 2016
O-000142/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000142/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 Suġġett: L-obbligi fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament 539/01
 Tweġiba fil-plenarja 

Fl-2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament 1289/2013 li jimmodifika, fost elementi oħra, l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta' reċiproċità tar-Regolament 539/2001. L-obbjettiv ta' dan il-mekkaniżmu huwa li jiżgura li meta jivvjaġġaw lejn pajjiż terz iċ-ċittadini tal-UE jkunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz meta jivvjaġġaw lejn l-UE. Il-mekkaniżmu ta' reċiproċità jibda proċedura, bi skadenzi preċiżi u azzjonijiet li għandhom jittieħdu bl-għan li tintemm sitwazzjoni ta' nonreċiproċità, malli tali sitwazzjoni tkun ġiet innotifikata minn Stat Membru lill-Kummissjoni. In-notifiki minn ħames Stati Membri kienu ppubblikati mill-Kummissjoni fit-12 ta' April 2014(1). Il-mekkaniżmu jipprevedi, wara passi intermedjarji, li "jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifiki, ir-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta att delegat li jissospendi temporanjament għal 12-il xahar, l-eżenzjoni tal-viża għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz"(2).

Minflok ippreżentat l-att delegat kif meħtieġ, madankollu, fit-12 ta' April 2016 il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta l-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq biex tispjega s-sitwazzjoni attwali. Din kienet segwita minn Komunikazzjoni oħra fit-13 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0481).

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija mitluba twieġeb għal dan li ġej:

1. Hi tikkondividi l-valutazzjoni legali li skontha hija obbligata li tadotta att delegat – li temporanjament jissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li ma jkunux neħħew il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri tal-UE – fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifiki f'dan ir-rigward, li ntemm fit-12 ta' April 2016?

2. Fil-każ li taqbel mal-valutazzjoni li hija obbligata tadotta att delegat, il-Kummissjoni sa meta se tippreżenta l-att delegat?

3. Jekk ma taqbilx, x'inhuma r-raġunijiet tagħha?

(1) ĠU C 111, 12.4.2014, p.1.
(2) COM(2016)0221, p.3. Ara l-ittra (f) tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament 539/01.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza