Proċedura : 2016/2966(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000144/2016

Testi mressqa :

O-000144/2016 (B8-1816/2016)

Dibattiti :

PV 23/11/2016 - 14
CRE 23/11/2016 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 190kWORD 16k
17 ta' Novembru 2016
O-000144/2016
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000144/2016
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Arne Gericke, Julie Girling, Helga Stevens, f'isem il-Grupp ECR

 Suġġett: L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa
 Tweġiba fil-plenarja 

Lejlet il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa, il-Parlament Ewropew jinnota li ftit li xejn sar progress fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista.

Il-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista jirrappreżentaw ksur tad-drittijiet fundamentali u forma estrema ta' diskriminazzjoni, li hija kemm il-kawża kif ukoll il-konsegwenza tal-inugwaljanzi bejn is-sessi.

Fl-4 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni pproponiet l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul, l-ewwel strument ġuridikament vinkolanti dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri kollha tal-UE ffirmawha, iżda erbatax minnhom biss irratifikawha.

– X'passi konkreti ħadu l-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex jipproteġu lin-nisa mill-vjolenza?

– Il-Kummissjoni kif tappoġġa lill-Istati Membri biex iqajmu kuxjenza dwar il-konsegwenzi devastanti tal-vjolenza fuq in-nisa?

– Tista' l-Kummissjoni tispjega kif l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni se toffri protezzjoni lin-nisa mill-vjolenza?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza