Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 17k
31 ta' Jannar 2017
O-000007/2017/rev.1
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000007/2017/rev.1
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

 Suġġett: Rieżami tar-Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Billi l-Kummissjoni hija konxja li, f'ittra tat-22 ta' April 2016, il-Presidenti tat-tliet partiti politiċi Ewropej: il-Partit Popolari Ewropew, il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej u l-Partit tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa, talbu li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jiġu rieżaminati.

Apparti min hekk, il-Bureau tal-Parlament approva u bagħat lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali għall-konsiderazzjoni tiegħu, rapport imħejji mis-Segretarju Ġenerali tiegħu li jindirizza xi kwistjonijiet li jibqgħu mhux imwieġba minn dan ir-Regolament, li ħa post ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003.

Fost il-mistoqsijiet u l-proposti mqajma fl-ittra u fir-rapport, li jqajmu tħassib partikolari lill-membri tal-Kumitat AFCO, hemm dawn li ġejjin:

– tnaqqis tal-obbligu ta' kofinanzjament ta' 15 % (l-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1141/2014) u limitazzjoni ta' kontribuzzjonijiet in natura;

– żieda fir-rekwiżit tar-rappreżentanza b'mill-inqas Membru tal-PE wieħed (l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1141/2014);

– l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni ta' sħubija maqsuma tal-Membri tal-PE (l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 1141/2014);

– il-permess għall-finanzjament ta' kampanji tar-referendum;

– l-introduzzjoni ta' kriterju tal-kapaċità finanzjarja;

– it-tisħiħ tal-kontroll fuq ir-rispett tal-partiti politiċi Ewropej lejn il-valuri fundamentali tal-UE;

– il-permess għall-bini ta' riżervi.

1. Il-Kummissjoni hija lesta li tindirizza dawn il-mistoqsijiet mal-Parlament?

2. Il-Kummissjoni tkun lesta li tikkunsidra li tippreżenta proposta leġiżlattiva li tindirizza l-kwistjonijiet identifikati mill-Parlament, kif ukoll kwistjonijiet oħra li hija tqis pertinenti jew li jistgħu jinqalgħu minn djalogu mal-Parlament? Jekk iva, f'liema limiti ta' żmien?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza