Mistoqsijiet parlamentari
PDF 201kWORD 16k
14 ta' Frar 2017
O-000013/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000013/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marlene Mizzi, Karin Kadenbach, Marina Albiol Guzmán, Petras Auštrevičius, Georges Bach, Brando Benifei, Lynn Boylan, Paul Brannen, Jerzy Buzek, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Nessa Childers, Isabella De Monte, Pascal Durand, Stefan Eck, Jacqueline Foster, Neena Gill CBE, Julie Girling, Michela Giuffrida, Maria Grapini, Anja Hazekamp, Stelios Kouloglou, Miltiadis Kyrkos, Sabine Lösing, Emma McClarkin, Andrejs Mamikins, Florent Marcellesi, Alex Mayer, Valentinas Mazuronis, Roberta Metsola, Molly Scott Cato, Maria Noichl, Younous Omarjee, Demetris Papadakis, Sirpa Pietikäinen, Pavel Poc, Jiří Pospíšil, Emil Radev, Bronis Ropė, Lola Sánchez Caldentey, Alfred Sant, Davor Škrlec, Bart Staes, Catherine Stihler, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Keith Taylor, Valdemar Tomaševski, Jadwiga Wiśniewska, Marco Zullo

 Suġġett: Projbizzjoni fil-livell tal-UE fuq il-moviment ta' annimali selvaġġi taċ-ċirku

Il-kontrolli tas-saħħa relatati mal-moviment ta' annimali taċ-ċirku għandhom jiġu applikati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2005 tal-21 ta' Ottubru 2005 li jistipula r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment tal-annimali taċ-ċirku bejn l-Istati Membri.

Fl-UE, il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) hija implimentata permezz ta' sett ta' regolamenti magħrufa bħala r-Regolamenti dwar il-Kummerċ ta' Organiżmi Selvaġġi, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996, li f'xi aspetti jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tas-CITES.

Madankollu, xi studji wrew li mhux faċli jsiru verifiki u kontrolli tas-saħħa fil-kummerċ u l-pussess ta' annimali selvaġġi, peress li ċ-ċirki mhux biss il-ħin kollu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor, iżda wkoll ibiddlu isimhom u l-atti li jippreżentaw.

Barra minn hekk, l-użu ta' annimali selvaġġi fiċ-ċirki regolarment iwassal għal inċidenti li jinvolvu d-domaturi tal-annimali, l-impjegati taċ-ċirku u l-membri tal-pubbliku.

F'dawn l-aħħar snin intwera tħassib dejjem akbar dwar l-etika u s-sikurezza tal-użu ta' annimali selvaġġi fiċ-ċirki, u dan wassal għal tibdil fil-leġiżlazzjoni f'għadd ta' Stati Membri, li 18 minnhom diġà adottaw projbizzjoni totali jew parzjali fuq l-użu tagħhom.

Sejra l-Kummissjoni tuża l-poteri l-ġodda li ngħatat mill-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali biex tintroduċi projbizzjoni fuq il-moviment ta' annimali selvaġġi taċ-ċirku fl-Unjoni, sabiex jiġi żgurat li l-esponiment għar-riskji għas-saħħa pubblika u s-sigurtà u r-riskju għall-kummerċ illegali ta' organiżmi selvaġġi jitnaqqas b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha, u se tagħti assistenza fl-infurzar tal-projbizzjonijiet nazzjonali li diġà ddaħħlu fis-seħħ fil-parti l-kbira tal-Istati Membri?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza