Mistoqsija Parlamentari - O-000016/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000016/2017

Jum Internazzjonali tar-Rom

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000016/2017
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Roberta Metsola, Pál Csáky, f'isem il-Grupp PPE
Birgit Sippel, Soraya Post, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Claude Moraes, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Elly Schlein, f'isem il-Grupp S&D
Cecilia Wikström, Nathalie Griesbeck, f'isem il-Grupp ALDE
Benedek Jávor, Bodil Valero, Ulrike Lunacek, Barbara Lochbihler, Terry Reintke, Davor Škrlec, Bronis Ropė, Igor Šoltes, Eva Joly, Karima Delli, Ernest Urtasun, Rebecca Harms, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Cornelia Ernst, Malin Björk, Barbara Spinelli, Martina Anderson, Marina Albiol Guzmán, Merja Kyllönen, Dimitrios Papadimoulis, Eleonora Forenza, f'isem il-Grupp GUE/NGL

Proċedura : 2017/2614(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000016/2017
Testi mressqa :
O-000016/2017 (B8-0207/2017)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fil-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija – il-Parlament ħa pożizzjoni qawwija kontra l-anti-Żingariżmu billi esprima t-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u enfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled l-anti-Żingariżmu f'kull livell u b'kull mezz. Il-Parlament iddikjara li r-rikonoxximent tal-Olokawst tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija u l-istabbiliment ta' jum Ewropew ta' tifkira jikkostitwixxu pass simboliku importanti fil-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u jikkontribwixxu għall-għarfien ġenerali tal-istorja fl-Ewropa, u jistieden lill-Istati Membri jsegwu dan l-eżempju.

1. Il-Kunsill kif se jiżgura li l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu qed tiġi integrata fil-politiki kollha tal-UE marbuta mal-inklużjoni tar-Rom? Il-Kunsill kif se jissorvelja u jivvaluta l-konformità tal-politiki tal-UE u l-politiki nazzjonali ma' valuri fundamentali tal-UE b'attenzjoni speċifika fuq id-drittijiet tal-minoranzi u n-nondiskriminazzjoni?

2. Jista' l-Kunsill jirraporta dwar il-progress li sar s'issa u jipprovdi rakkomandazzjonijiet ulterjuri biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (COM(2011)0173)? Minn meta kienet adottata r-riżoluzzjoni tal-Parlament, x'passi ttieħdu biex itejbu l-integrazzjoni tar-Rom u jiġġieldu b'mod effettiv kontra l-anti-Żingariżmu, inkluż anti-Żingariżmu istituzzjonalizzat?

3. X'passi ulterjuri ttieħdu fil-Kunsill biex jippromwovu u jaqblu dwar l-istabbiliment ta' Jum Ewropew ta' Tifkira tal-Olokawst tar-Rom?