Mistoqsija Parlamentari - O-000020/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000020/2017

Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000020/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Proċedura : 2017/2629(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000020/2017
Testi mressqa :
O-000020/2017 (B8-0210/2017)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Bi qbil mal-intenzjoni tal-President Juncker li joħloq aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ, fis-7 ta' Diċembru 2016 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni (COM(2016)0942) li biha ddikjarat it-twaqqif ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà (ESC).

Għalkemm jappoġġja l-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ f'dan ir-rigward, il-Kumitat CULT jemmen li numru ta' kwistjonijiet importanti relatati mal-format, il-funzjonament, l-iffinanzjar, il-kosteffettività u s-sostenibilità fuq tul ta' żmien twil tal-ESC jeħtieġu aktar kjarifiki u għandhom jiġu indirizzati kif suppost, partikolarment peress li l-Kummissjoni diġà bdiet l-implimentazzjoni tal-fażi inizjali tal-ESC (jiġifieri l-2017 u forsi lil hinn minnha), filwaqt li tiddependi esklussivament fuq l-appoġġ finanzjarju mill-programmi u l-politiki eżistenti tal-UE, bħall-Erasmus+; l-Ewropa għaċ-Ċittadini, Life+; il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej; il-programm dwar is-Saħħa tal-UE; il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni.

F'dan l-isfond, u minħabba l-proposta leġiżlattiva li ġejja, il-Kummissjoni qed tintalab twieġeb dan li ġej:

1. L-ESC ma għandux jissostitwixxi l-inizjattivi ta' suċċess eżistenti, imma pjuttost jużahom, isaħħaħhom u jikkumplimentahom. Kif jista' l-ESC jsaħħaħ aktar is-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) u kif jistgħu dawn iż-żewġ inizjattivi jikkoeżistu u jikkumplimentaw lil xulxin fuq tul ta' żmien qasir, medju u twil, b'hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux neċessarja? Kif jistgħu, l-organizzazzjonijiet attwalment involuti fis-SVE, ikunu involuti f'dan il-proċess?

2. L-ESC se jiġi implimentat fil-fażi inizjali tiegħu permezz ta' liema programmi u fondi eżistenti tal-UE u x'se jkunu r-riperkussjonijiet baġitarji fuq dawn il-programmi? X'inhuma l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni rigward is-sostenibilità finanzjarja rigward it-tul ta' żmien qasir, medju u twil tal-ESC? X'riżorsi baġitarji biħsiebha tuża l-Kummissjoni biex tappoġġja finanzjarjament il-funzjonament tal-ESC fuq tul ta' żmien twil?

3. Il-finanzjament tal-UE għall-impjieg taż-żgħażagħ għandu jintuża primarjament biex jappoġġja opportunitajiet ta' impjieg sostenibbli fuq tul ta' żmien twil. Il-Kummissjoni kif se tiżgura, per eżempju, li mhux se jintuża sistematikament il-volontarjat biex jieħu post ix-xogħol imħallas, sew jekk full-time kif ukoll part-time? Il-Kummissjoni biħsiebha tipprovdi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għall-ESC, sabiex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tiegħu, il-kwalità tal-kollokamenti tiegħu u s-sostenibilità tar-riżultati tiegħu?