Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW)
28.3.2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000027/2017
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Vilija Blinkevičiūtė, f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Fl-14 ta' Frar 2017, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) tal-Parlament Ewropew adotta rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-61 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa ddedikata għall-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa, li saret f'Marzu fi New York. Il-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew kienu jinkludu ħames oqsma ewlenin:
– kundizzjonijiet ġenerali għall-awtonomizzazzjoni tan-nisa u l-bniet,
– it-tisħiħ tal-awtonomizzazzjoni ekonomika tan-nisa u t-tegħlib tal-ostakli fis-suq tax-xogħol,
– l-iżgurar tas-sehem indaqs tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet,
– kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-aktar nisa emarġinati,
– u kif dawn l-impenji jiġu tradotti f'infiq u kif isiru aktar viżibbli.
Jista' l-Kunsill iwieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
1. Fit-tħejjija tal-pożizzjoni tal-UE, kif tqiesu mill-Kunsill il-prijoritajiet miġbura fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament, u liema punti ma kisbux l-appoġġ tal-Istati Membri u għaliex?
2. X'kienu l-kisbiet ewlenin tal-UE matul in-negozjati dwar il-konklużjonijiet tas-CSW, u kemm kien possibbli li l-prijoritajiet tal-UE jiġu inkorporati fit-test maqbul tal-konklużjonijiet?
3. L-UE kisbet xi riżultati f'termini ta' impenji globali għas-saħħa tan-nisa, u, b'mod partikolari, ta' azzjonijiet biex jingħelbu l-effetti negattivi tal-"global gag rule" fuq in-nisa?
4. Il-proposta għat-twaqqif ta' konvenzjoni tal-ILO li tipprovdi standard internazzjonali li jindirizza l-vjolenza sessista fil-post tax-xogħol sabet l-appoġġ tal-Parlament. Hemm xi passi ppjanati għall-futur fir-rigward ta' din il-konvenzjoni?