Proċedura : 2017/2594(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000033/2017

Testi mressqa :

O-000033/2017 (B8-0313/2017)

Dibattiti :

PV 31/05/2017 - 14
CRE 31/05/2017 - 14

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 16k
27 ta' April 2017
O-000033/2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000033/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Linda McAvan, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

 Suġġett: Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE
 Tweġiba fil-plenarja 

L-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà (EUGS) tal-2016 tidentifika "Ir-reżiljenza tal-istat u s-soċjetà fil-Lvant u n-Nofsinhar tagħna" bħala waħda mill-ħames prijoritajiet għall-azzjoni esterna tal-UE. Din il-prijorità se tiġi trasformata f'komunikazzjoni konġunta dwar "Ir-reżiljenza bħala prijorità strateġika tal-azzjoni esterna tal-UE". L-UE diġà ddefiniet f'dokumenti ta' politika differenti l-approċċ tagħha fir-rigward tar-reżiljenza, partikolarment fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-Approċċ tal-UE għar-Reżiljenza" (2012), fil-''Pjan ta' Azzjoni għar-Reżiljenza fil-Pajjiżi Suxxettibbli għall-Kriżijiet 2013-2020" relatat tagħha, kif ukoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza (2013). Il-promozzjoni tar-reżiljenza tifforma parti ukoll minn ftehimiet internazzjonali importanti appoġġati mill-UE bħall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, jew is-Summit Umanitarju Dinji (WHS). Fid-dawl ta' dak li ġie deskritt, il-Kummissjoni tista' tiċċara l-punti ġejjin?

1. L-inizjattiva l-ġdida se tmexxi 'l quddiem il-politiki eżistenti tal-UE dwar dan is-suġġett u tiżgura l-kontinwità tagħhom (partikolarment il-Pjan ta' Azzjoni eżistenti)? Id-dokument il-ġdid b'liema mod se jqis it-tagħlimiet li nsiltu mill-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki u r-riżultati tal-evalwazzjoni dwar ir-reżiljenza (oriġinarjament ippjanati għall-2018)?

2. L-UE kif se tippromwovi l-allinjament tal-inizjattiva l-ġdida dwar ir-reżiljenza mal-impenji internazzjonali, u mal-azzjonijiet li għaddejjin tal-UE li joħorġu minnhom, bħal pereżempju l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, il-Qafas ta' Sendai, il-Ftehim ta' Pariġi u d-WHS? Kif se tikkonforma mal-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, speċjalment dak tas-sjieda demokratika?

3. L-inizjattiva l-ġdida kif se tippromwovi approċċ koerenti tal-UE għar-reżiljenza u l-kumplimentarjetà tal-politiki tagħha tal-iżvilupp, umanitarji, tal-affarijiet barranin u tas-sigurtà, filwaqt li fl-istess ħin tissalvagwardja wkoll il-mandat speċifiku u l-objettivi ta' kull qasam ta' politika, partikolarment ir-rispett għall-prinċipji umanitarji?

4. L-EUGS tagħmel referenza għal reżiljenza ''tal-istat u tas-soċjetà", filwaqt li l-politiki attwali għandhom enfasi ċara fuq l-individwu, l-unitajiet domestiċi u l-komunitajiet. Din il-komunikazzjoni l-ġdida kif se tiżgura li l-ħidma tal-UE dwar ir-reżiljenza tibqa' tenfasizza l-bżonnijiet tal-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli kif ukoll ir-rwol tal-atturi lokali u tas-soċjetà ċivili? Kif se jiġi indirizzat ir-rwol ewlieni tan-nisa fil-promozzjoni tar-reżiljenza?

5. Il-komunikazzjoni l-ġdida kif se tirrikonċilja l-karattru globali tal-inizjattivi eżistenti tal-UE dwar ir-reżiljenza f'pajjiżi fraġli u milquta mill-kriżijiet, bl-intenzjoni li ddaħħal proposti speċifiċi għar-reġjuni madwar l-UE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali - Politika tal-privatezza