Interpellanza maġġura - Armata tal-UE
29.5.2017
Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000044/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Beatrix von Storch, f'isem il-Grupp EFDD
Il-President Juncker ta' kull sena jappella għal integrazzjoni akbar lejn armata tal-UE. Is-sena l-oħra, f'intervesta mal-gazzetta Welt am Sonntag huwa qal li armata tal-UE "... tgħinna niffurmaw politiki esteri u ta' sigurtà komuni u tippermetti lill-Ewropa tieħu responsabbiltà fid-dinja."
Il-President Juncker imbagħad kompla jgħid li, "... bl-armata tagħha, l-Ewropa tista' tirreaġixxi b'mod aktar kredibbli għat-theddida għall-paċi fi stat membru jew fi stat ġar" u "... armata Ewropea komuni tibgħat messaġġ ċar lir-Russja dwar ir-rieda tagħna li niddefendu l-valuri Ewropej tagħna."
Il-President Juncker qed jirreferi għall-istess tip ta' responsabbiltà globali meħuda mill-Istati Uniti tal-Amerika, jiġifieri interventi militari li swew ħafna flus u li fallew fis-Sirja, il-Libja, l-Iraq, l-Afganistan, il-Pakistan, il-Jemen u s-Somalja?
X'inhuma eżattament il-"valuri Ewropej" ipprattikati minn stati ġirien mhux membri bħal-Libja, it-Turkija u l-Ukrajna, li l-President Juncker jixtieq jiddefendi?
Jekk Stat Membru, jew fazzjoni fi ħdanu, jkun ta' theddida għall-valuri Ewropej jew għall-paċi, il-President Juncker kieku juża armata tal-UE kontra din it-theddida, u seċessjoni tikkostitwixxi theddida għall-valuri Ewropej?