Mistoqsija Parlamentari - O-000057/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000057/2017

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017 dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u Singapor

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000057/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bernd Lange, Daniel Caspary, David Martin, f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Proċedura : 2017/2739(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000057/2017
Testi mressqa :
O-000057/2017 (B8-0323/2017)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

In-negozjati dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u Singapor tnedew f'Marzu 2010. L-UE u Singapor temmew in-negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles komprensiv f'Ottubru 2014. Nhar l-4 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li titlob opinjoni mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) dwar il-kompetenza tal-UE biex tiffirma u tirratifika l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ma' Singapore. Id-deċiżjoni tal-Qorti (tas-16 ta' Mejju 2017) tipprovdi ċarezza billi tqiegħed kważi d-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u Singapor fi ħdan il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Din id-deċiżjoni tiftaħ possibbiltajiet u alternattivi politiċi ġodda li għad iridu jsiru, waqt li titqies il-ħtieġa li jiġu pprovduti riżultati konkreti għan-negozjati f'ammont ta' żmien raġonevoli.

1. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, x'inhuwa l-impatt tal-Opinjoni tal-QtĠ dwar l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapor (Proċedura ta' opinjoni 2/15) fuq il-mandati fil-ġejjieni għan-negozjar ta' ftehimiet kummerċjali u l-proċeduri biex jiġu rratifikati?

2. Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-mandati għal negozjati ġejjiena jiddistingwu b'mod ċar bejn il-kompetenzi esklużivi tal-UE u dawk kondiviżi?

3. Il-Kummissjoni kif se tiżgura li l-proċeduri ta' ratifika tal-ftehimiet kummerċjali futuri se jirriflettu d-distribuzzjoni tal-kompetenzi, kif jista' jiġi dedott mill-opinjoni tal-QtĠ?