Mistoqsija Parlamentari - O-000060/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000060/2017

Is-sigurtà fit-toroq tal-Ewropa

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000060/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Tomáš Zdechovský, Roberta Metsola, Michał Boni, f'isem il-Grupp PPE

Proċedura : 2017/2875(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000060/2017
Testi mressqa :
O-000060/2017 (B8-0601/2017)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-għadd ta' inċidenti ta' sigurtà li jinvolvu sewwieqa tat-trakkijiet u tal-merkanzija Ewropej li jkunu qed jagħmlu xogħolhom fit-toroq Ewropej qed jiżdied.

Is-sewwieqa tat-trakkijiet qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi bla preċedent biex jiżguraw li l-merkanzija tagħhom tasal fid-destinazzjoni tagħha mingħajr inċidenti. Is-sewwieqa rrappurtaw li s-sitwazzjoni ħdejn il-punti tal-qsim tal-fruntieri u l-portijiet hija ta' tħassib partikolari. Kemm is-sewwieqa kif ukoll il-merkanzija tagħhom huma fil-mira ta' attivitajiet kriminali u huma partikolarment vulnerabbli għas-serq, aggressjoni u l-ħtif tat-trakk.

Dan l-aħħar ġie rrapportat li imblokk ta' triq qrib Calais kkawża ħabta li fiha safu maqtul sewwieq ta' vann Pollakk, li minnufih wassal għal appelli għal miżuri akbar ta' sigurtà.

Il-Kummissjoni biħsiebha teżamina ulterjorment is-sitwazzjoni? Liema miżuri, jekk hemm, jistgħu jittieħdu fil-livell tal-UE biex tiġi żgurata s-sigurtà għas-sewwieqa tat-trakkijiet u l-integrità tas-suq uniku? Se tiġi kkunsidrata l-kwistjoni taż-żoni ta' "parkeġġ sikur" madwar l-Ewropa?