Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2017 f'Bonn, il-Ġermanja (COP23)
4.9.2017
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000068/2017
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Gilles Pargneaux, Julie Girling, Gerben-Jan Gerbrandy, Estefanía Torres Martínez, Marco Affronte, Mireille D'Ornano, Piernicola Pedicini, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
X'azzjoni qed jieħu l-Kunsill biex jiżgura li l-Konferenza COP23 dwar it-Tibdil fil-Klima f'Bonn tagħmel passi sinifikanti 'l quddiem sabiex:
– sal-2018 isir progress fir-rigward tar-regoli ta' implimentazzjoni ewlenin tal-Ftehim ta' Pariġi, inkluż dwar kwistjonijiet marbuta ma' qafas ta' trasparenza msaħħaħ, dettalji tal-bilanċ globali, gwida ulterjuri dwar il-kontributi determinati fil-livell nazzjonali (NDCs), u mekkaniżmu li jiffaċilita l-implimentazzjoni u jippromwovi l-konformità;
– tiġi ċċarata u tissawwar id-definizzjoni tad-djalogu faċilitattiv tal-2018, li se tkun opportunità importanti biex isir rendikont tal-progress lejn il-mira ta' mitigazzjoni tal-Ftehim u jiġu indirizzati t-tħejjija u r-reviżjoni tal-NDCs tal-Partijiet qabel l-2020; u
– tiżdied il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-klima sabiex jintlaħaq l-għan konġunt ta' USD 100 biljun fis-sena sal-2020?