Mistoqsija Parlamentari - O-000077/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000077/2017

Interpellanza maġġuri - tilwima bejn l-UE u n-Norveġja dwar is-sajd tas-snow crab fi Svalbard

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000077/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Alain Cadec, f'isem il-Kumitat għas-Sajd

Proċedura : 2017/2934(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000077/2017
Testi mressqa :
O-000077/2017 (B8-0612/2017)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Id-dritt għal aċċess ugwali għar-riżorsi ta' Svalbard huwa ggarantit mill-klawżola ta' nondiskriminazzjoni tat-Trattat ta' Pariġi tal-1920, li tiegħu l-maġġoranza tal-Istati Membri huma parti. Madankollu, il-bastimenti tat-tkarkir tal-UE li jistadu fi Svalbard għas-snow crab, taħt liċenzji validi tal-UE, huma mwaqqfa milli joperaw mill-awtoritajiet Norveġiżi. Bastiment Latvjan dam xhur miżmum u ġie mmultat EUR 200 000.

Id-deċiżjoni li tinħoloq possibilità għas-sajd tas-snow crab fi Svalbard ittieħdet mill-Kunsill abbażi ta' rakommandazzjonijiet mis-Servizz Legali, u l-Istati Membri kienu awtorizzati li joħorġu liċenzji tas-sajd. Fiduċjużi fil-leġiżlazzjoni tal-UE, is-sidien tal-bastimenti investew bil-kbir, iżda issa ma jistgħux jistadu minħabba li n-Norveġja ma tirrikonoxxix dawn il-liċenzji tal-UE.

Niddeploraw il-fatt li l-isforzi tan-negozjar tal-Kummissjoni matul dawn l-aħħar xhur ma kinux determinati biżżejjed. Għadhom ma taw l-ebda riżultat għall-flotta affetwata tal-UE, li qed tiffaċċja falliment u t-telf ta' mijiet ta' impjiegi.

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tipproċedi sabiex tikseb soluzzjoni ġusta li tippermetti li bastimenti tal-UE jistadu għas-snow crab f'Svalbard?

2. Il-Kummissjoni x'azzjoni biħsiebha tirrakkomanda lill-Kunsill għall-2018?

3. Il-Kummissjoni se tinkludi s-sajd tas-snow crab fil-konsultazzjonijiet annwali bejn l-UE u n-Norveġja bħala subprotokoll separat eskluż mill-kwoti tal-ħut, iżda nnegozjat kontra d-drittijiet tal-aċċess? Jekk le, għalfejn?