Mistoqsija Parlamentari - O-000086/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000086/2017

Interpellanza maġġuri - Pipeline Trans-Adrijatiku fl-Italja

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu O-000086/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b -Regoli ta’ Proċedura
Rosa D'Amato, Dario Tamburrano, f'isem il-Grupp EFDD

Proċedura : 2017/3031(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000086/2017
Testi mressqa :
O-000086/2017 (B8-0615/2017)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-Pipeline Trans-Adrijatiku (TAP) ingħata l-istatus ta' Proġett ta' Interess Komuni u Proġett ta' Interess għall-Komunità tal-Enerġija, iżda l-bini tiegħu huwa ta' detriment għall-ambjent u l-ekonomija u jikser id-drittijiet tan-nies lokali. Id-deċiżjoni tal-UE li tinjora l-impatt tiegħu huwa ta' tħassib kbir, speċjalment meta nikkunsidraw li ċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali kienu esprimew l-oppożizzjoni tagħhom. Aħna xxukkjati bil-militarizzazzjoni ta' San Foca u ddispjaċuti bil-fatt li l-protesti paċifiċi ingħalqu mill-pulizija. Nikkundannaw id-deċiżjoni tal-Ministru Taljan għall-Ambjent Gian Luca Galletti biex japprova l-proġett kontra r-rieda taċ-ċittadini, u r-rispons tal-Gvern Taljan għal protesti paċifiċi.

1. Il-Kummissjoni hija konxja li bit-tibdil fl-ekosistema delikata 'l barra mill-kosta ta' San Foca, it-TAP se tipperikola l-ispeċijiet protetti skont in-netwerk Natura 2000?

2. Qiegħda tipprevedi li twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-proġett?

3. Il-kumpanija tal-gass Russa Gazprom u l-kumpanija taż-żejt u tal-gass Taljana Eni ffirmaw ftehim li jwitti t-triq għal Gazprom biex taċċessa t-TAP. Il-Kummissjoni kif tista' tgħid li l-proġett se jiddiversifika l-provvista tal-gass tal-UE u se jnaqqas id-dipendenza fuq il-gass mir-Russja?