Mistoqsija Parlamentari - O-000004/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000004/2018

L-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet permezz tas-settur diġitali

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000004/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, f'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Proċedura : 2017/3016(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000004/2018
Testi mressqa :
O-000004/2018 (B8-0010/2018)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Id-diġitalizzazzjoni dejjem iktar avvanzata tas-setturi differenti qed tibdel in-natura tal-impjieg, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol u l-edukazzjoni. Dment li n-nisa jkollhom aċċess għal riżorsi relevanti biex isaħħu l-ħiliet tagħhom fl-elettronika, id-diġitalizzazzjoni tista' tiffunzjona bħala opportunità biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-livell tal-pagi tagħhom filwaqt li ttejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u ssaħħaħ l-intraprenditorija tan-nisa. Rapport tal-2013 tal-Kummissjoni juri li l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fis-settur tal-ICT tista' tikkontribwixxi sa EUR 9 biljuni fis-sena għall-ekonomija tal-UE. Madankollu, hemm distakk diġitali persistenti bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward ta' ħiliet elettroniċi bażiċi u avvanzati, l-aċċess għal teknoloġiji u servizzi diġitali u l-perċentwali ta' nisa li għandhom impjiegi diġitalizzati. Skont il-projezzjonijiet tal-Kummissjoni, il-maġġoranza tal-impjiegi fl-UE fil-futur qrib se teħtieġ xi ħiliet diġitali, u l-ikbar żieda ta' postijiet tax-xogħol battala qed iseħħ fis-settur tal-ICT: għalhekk hemm ħtieġa urġenti li jiġi appoġġjat il-litteriżmu elettroniku għan-nisa u l-bniet.

1. Il-Kummissjoni qed tippjana li twettaq studju sabiex tidentifika l-kawżi sistemiċi tad-disparità dejjem ikbar bejn is-sessi fil-ħiliet diġitali u fl-aċċess għal għodod u servizzi diġitali, b'rabta ma' teknoloġiji kemm bażiċi kif ukoll avvanzati?

2. X'azzjonijiet qed tieħu l-Kummissjoni biex tippromwovi u xxerred il-ħiliet elettroniċi u l-litteriżmu diġitali fost il-bniet? X'azzjonijiet edukattivi — pereżempju l-inkoraġġiment tal-abilità ta' kodifikazzjoni — qed iseħħu għal nisa ta' kull età u gruppi ta' xogħol?

3. Il-Kummissjoni qed tippjana li twettaq azzjonijiet taħt il-kampanja “Ħiliet Diġitali għall-Impjiegi” immirati lejn il-bniet b'mod partikolari?

4. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tieħu miżuri ulterjuri, flimkien mal-Istati Membri, biex iżżid l-attraenza u l-valur tal-ħiliet fis-suġġetti STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) u biex tinkoraġġixxi lin-nisa u lill-bniet jibdew u jkomplu l-istudju ta' dawn is-suġġetti?

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Jannar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza