Proċedura : 2018/2546(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000005/2018

Testi mressqa :

O-000005/2018 (B8-0006/2018)

Dibattiti :

PV 15/03/2018 - 16
CRE 15/03/2018 - 16

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 18k
25 ta' Jannar 2018
O-000005/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000005/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

 Suġġett: Ir-riżerva ta' prestazzjoni tal-fondi SIE
 Tweġiba fil-plenarja 

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kull Stat Membru għandu riżerva ta' prestazzjoni li tikkonsisti f'6% tar-riżorsi allokati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni (FK). L-Artikoli 21 u 22 ta' dak ir-Regolament jgħidu li l-Kummissjoni għandha tfassal eżami tal-prestazzjoni b'rabta mal-kisba tal-istadji importanti min-naħa ta' kull Stat Membru, u tieħu deċiżjoni dwar ir-rilaxx tar-riżerva ta' prestazzjoni rilevanti. Ir-regoli attwali jipprevedu li tali rieżami se jsir biss fl-2019.

B'segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar elementi fundamentali għal politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020, li ġiet adottata fit-13 ta' Ġunju 2017 abbażi tar-rapport imħejji minn Kerstin Westphal(1), ma waslet l-ebda informazzjoni ulterjuri dwar ir-rilaxx tar-riżerva ta' prestazzjoni.

Ċerti pajjiżi diġà ħadu deċiżjoni fir-rigward ta' aktar minn 70% tal-infiq tagħhom mill-allokazzjonijiet tal-FEŻR u tal-FSE.

1. Il-Kummissjoni biħsiebha tibda l-eżami tal-prestazzjoni iktar kmieni fir-rigward ta' dawk il-programmi li jipprogressaw qabel iż-żmien skedat?

2. Abbażi tal-eżitu ta' kwalunkwe tali eżami tal-prestazzjoni antiċipat, il-Kummissjoni lesta tirilaxxa r-riżervi ta' prestazzjoni iktar kmieni?

(1) 2016/2326(INI)

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Jannar 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza