Mistoqsija Parlamentari - O-000009/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000009/2018

Ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta' tilqim fl-Ewropa

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000009/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Renate Sommer, Elena Gentile, Bolesław G. Piecha, Gesine Meissner, Kateřina Konečná, Marco Affronte, Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Proċedura : 2017/2951(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000009/2018
Testi mressqa :
O-000009/2018 (B8-0012/2018)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

It-tilqim huwa bla dubju ta' xejn wieħed mill-aktar miżuri kosteffikaċi li jeżisti għas-saħħa pubblika. It-tilqim mifrux qered il-ġidri u wassal biex l-Ewropa teħles mill-poljo. L-Istati Membri tal-UE kollha jirrakkomandaw it-tilqim kontra mard serju li kultant jista' jwassal għall-mewt. Madanakollu, ċerti vaċċini għadhom sottovalutati u ma jintużawx biżżejjed. Minkejja, u forsi minħabba, l-impatt tagħhom fuq is-saħħa pubblika, għadd li dejjem qed jiżdied ta' ġenituri u pazjenti qed jagħżlu li jdewmu jew jew jirrifjutaw it-tilqim. Ir-retiċenza mifruxa dwar it-tilqim saret fenomenu inkwetanti minħabba l-firxa ta' konsegwenzi marbuta mas-saħħa li qed tikkawża fl-Istati Membri. L-aħħar data epidemjoloġika dwar is-sitwazzjoni tat-tilqim fl-Istati Membri turi tnaqqis sinifikanti fl-użu tal-vaċċini.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq:

– Il-Kummissjoni kif qed tippjana li tindirizza r-reżistenza għat-tilqim?

– Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura li jiġi mfassal Pjan ta' Azzjoni tal-UE komprensiv li jqajjem il-problema soċjali tar-retiċenza dwar it-tilqim?

– X'azzjonijiet konkreti qed tippjana l-Kummissjoni sabiex tiffaċilita skeda aktar armonizzata għat-tilqim madwar l-UE?

– Il-Kummissjoni kif qed tippjana li tindirizza t-tixrid ta' informazzjoni mhux affidabbli, qarrieqa u mhux xjentifika dwar it-tilqim u li tkompli tiżviluppa kampanji ta' informazzjoni bil-għan li jipprovdu għarfien aktar fil-fond dwar il-vaċċini u jżidu l-kopertura tat-tilqim?

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' April 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza