Mistoqsija Parlamentari - O-000013/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000013/2018

Investigazzjoni b'segwitu għall-iskandlu "Dieselgate" 2.0

2.2.2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000013/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Younous Omarjee, Pascal Durand, Dimitrios Papadimoulis, Michèle Rivasi, Claude Rolin, Eleonora Evi, Kateřina Konečná, Edouard Martin, Stefan Eck, Fabio Massimo Castaldo, Marisa Matias, Florent Marcellesi, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis, Gabriela Zoană, Sabine Lösing, Bronis Ropė, Emmanuel Maurel, Marie-Pierre Vieu, Ernest Urtasun, Tania González Peñas, Igor Šoltes, Soraya Post, Jean-Paul Denanot, Anja Hazekamp, Xabier Benito Ziluaga, Estefanía Torres Martínez, Guillaume Balas, Yannick Jadot, Kostas Chrysogonos, Barbara Spinelli, Stelios Kouloglou, Costas Mavrides, Rosa D'Amato, Helmut Scholz, Hugues Bayet, Merja Kyllönen, Carolina Punset, Piernicola Pedicini, Marlene Mizzi, Marco Affronte, Jean-Marie Cavada, Liliana Rodrigues, Hilde Vautmans, Michel Reimon, Biljana Borzan, Robert Rochefort, Sirpa Pietikäinen, Isabelle Thomas, Gabriele Preuß, Dario Tamburrano, Thomas Waitz, Gérard Deprez, David Borrelli, Martina Michels, Marc Tarabella, Eva Joly, Javier Nart, Alfred Sant, Nicola Caputo, Maria Arena, Daciana Octavia Sârbu, Louis Michel, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Andrea Cozzolino, Karima Delli, Laura Agea, Karoline Graswander-Hainz, Isabella Adinolfi, Benedek Jávor, Patrick Le Hyaric, Frédérique Ries, Ricardo Serrão Santos, Nessa Childers, Dennis de Jong, Keith Taylor, Monika Beňová, António Marinho e Pinto

In-New York Times u Stuttgarter Zeitung, fil-25 u d-29 ta' Jannar 2018 żvelaw li l-Grupp Ewropew ta' riċerka dwar l-ambjent u s-saħħa fis-settur tat-trasport (EUGT), li huwa korp iffinanzjat mill-kumpaniji Ewropej Volkswagen, Daimler u BMW, kif ukoll minn OEM Bosch, fl-2014 u l-2015 wettaq testijiet b'rabta ma' magni diżil ta' vetturi ġodda fuq bnedmin u xadini, billi dawn ġew esposti għall-arja tal-egżost tagħhom, b'tentattiv li tintwera s-sikurezza ta' dawn il-vetturi, li biex tgħaxxaqha kienu ġew imbagħbsa minn dawn l-istess kumpaniji sabiex jiġu approvati b'konformità mal-istandards Ewropej.

Dawn it-testijiet, li ma kellhom l-ebda għan xjentifiku validu u li b'mod konxju qiegħdu fil-periklu s-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali ttestjati, jikkostitwixxu ksur totali tad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti mit-Trattati u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jirrikjedu r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-integrità tal-persuna u l-benessri tal-annimali, iżda wkoll tal-ittra u l-ispirtu tar-Regolament Nru 536/2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi.

Il-Kummissjoni se twettaq investigazzjoni fil-fond dwar dawn il-prattiki u l-konformità tagħhom mad-dritt Ewropew u, fejn ikun xieraq, se tiftaħ proċeduri ta' ksur?

Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li dawn it-tendenzi juru l-inadegwatezza tal-qafas legali fis-seħħ dwar il-protezzjoni u r-rispett fir-rigward tal-integrità tal-bnedmin u tal-annimali fl-ambitu tar-riċerka xjentifika, il-Kummissjoni se tirrevedi l-qafas legali fl-intier tiegħu u l-kapaċitajiet ta' kontroll fis-seħħ?

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza