Mistoqsija Parlamentari - O-000017/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000017/2018

L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Minerali minn Żoni ta' Kunflitt

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000017/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bernd Lange, f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Proċedura : 2018/2557(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000017/2018
Testi mressqa :
O-000017/2018 (B8-0009/2018)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Ir-Regolament dwar il-Minerali minn Żoni ta' Kunflitt (Regolament (UE) 2017/821) ġie adottat sena ilu. Ir-rekwiżiti tiegħu fir-rigward ta' diliġenza dovuta għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu, tungstenu u deheb se japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021, iżda l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-kumpaniji se jkollhom jippreparaw sew minn qabel sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta u effettiva tar-Regolament. Il-Parlament għandu l-kompetenza li jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu u għandu jinżamm totalment infurmat dwar il-proċedura. F'dan il-kuntest:

1. X'inhu l-istat attwali tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-passi implimentattivi differenti msemmija b'mod espliċitu fir-Regolament, speċjalment fir-rigward tal-att delegat, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-rikonoxximent min-naħa tal-Kummissjoni tal-iskemi ta' diliġenza dovuta marbuta mal-katina tal-provvista jibqa' fi ħdan l-ambitu tal-Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar Diliġenza Dovuta u allura r-regolament?

2. X'inhuma l-iżviluppi rilevanti rigward il-miżuri ta' akkumpanjament, b'mod partikolari dawk immirati biex ittejbu l-kapaċità tal-operaturi tal-UE, b'enfasi fuq l-SMEs, biex jikkonformaw mal-linji gwida dwar diliġenza dovuta stabbiliti mir-Regolament dwar il-Minerali minn Żoni ta' Kunflitt? Il-miżuri "downstream" tal-Kummissjoni, speċjalment il-bażi ta' data tat-trasparenza, kif se jippromwovu u jżommu l-istandards tal-OECD, li l-UE impenjat ruħha tippromwovi u ttejjeb?

3. X'inhuma l-passi meħuda mill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-kumpaniji u s-sħab kummerċjali ewlenin tal-UE, jadottaw fil-politiki tagħhom l-istess approċċ għall-obbligi ta' diliġenza dovuta kif meħuda mill-UE, jirrikonoxxu d-diliġenza dovuta bħala għodda għall-promozzjoni responsabbli ta' teħid ta' sorsi minn żoni milquta minn kunflitti u ta' riskju għoli, u jeliminaw il-ħtieġa li jiddiżimpenjaw ruħhom minn dawk iż-żoni u joħolqu ktajjen ta' provvista mingħajr riskju?

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza