Mistoqsija Parlamentari - O-000020/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000020/2018

L-Implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja - is-Sitwazzjoni Attwali u s-Segwitu

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000020/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Proċedura : 2018/2571(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000020/2018
Testi mressqa :
O-000020/2018 (B8-0014/2018)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Fid-dawl tal-Konferenza Ministerjali ta' Bolonja li jmiss ġewwa Pariġi, f'Mejju 2018, il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha bħala membru sħiħ tal-Proċess ta' Bolonja, li tassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw is-sistemi edukattivi tagħhom, hija mitluba twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni kif tivvaluta s-sitwazzjoni attwali tal-Proċess ta' Bolonja?

2. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi ħarsa ġenerali tal-iżviluppi, inklużi l-isfidi u l-kisbiet, sa mill-adozzjoni tal-Yerevan Communiqué fl-2015?

3. Liema fatturi setgħu xekklu l-implimentazzjoni effettiva tal-Proċess ta' Bolonja sa issa? X'possibbiltà qed tara l-Kummissjoni li taġixxi biex tnaqqas id-dissonanza bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula matul is-summits ministerjali u l-azzjonijiet meħuda fil-livell tal-Istati Membri?

4. Il-Kummissjoni tista' tagħti eżempji ta' assistenza mogħtija lill-Istati Membri li kienu essenzjali biex jintlaħqu l-impenji tal-Proċess ta' Bolonja?

5. X'inizjattivi ħadet jew biħsiebha tieħu l-Kummissjoni, biex jingħata impetu ġdid lill-Proċess ta' Bolonja, titrawwem l-implimentazzjoni tar-riformi tal-Proċess ta' Bolonja, kif ukoll tissaħħaħ u tiżviluppa ulterjorment Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA) aktar integrata u kkonsolidata?

6. X'inhuma l-objettivi strateġiċi tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jiżviluppaw il-Proċess ta' Bolonja?

7. X'inhuma d-deċiżjonijiet ewlenin mistennija matul il-Konferenza Ministerjali ta' Bologna f'Pariġi? X'inhuma l-prijoritajiet ġodda potenzjali tal-Proċess ta' Bolonja u għall-futur tal-EHEA wara l-2020?

8. X'passi ttieħdu bħala segwitu għall-Yerevan Communiqué, sabiex titrawwem l-inklużjoni u tittejjeb l-ekwità fl-edukazzjoni għolja, inkluża l-integrazzjoni ta' rifuġjati, migranti, minoranzi, persuni b'diżabbiltà u gruppi vulnerabbli oħra? X'inizjattivi speċifiċi qed jiġu varati ħalli jiġi żgurat li l-gradwati jkollhom il-ħiliet it-tajba biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, biex l-edukazzjoni għolja ssir aktar reattiva għall-bżonnijiet tal-impjegaturi u biex titrawwem l-intraprenditorija u l-ħiliet ta' innovazzjoni?

9. Il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ tar-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-perjodi ta' studju fl-EHEA?

10. X'azzjonijiet biħsiebha twettaq il-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-mobilità tal-istudenti, li għadha meqjusa bħala sfida għal dawk l-istudenti minn ambjenti żvantaġġati?

11. Il-Kummissjoni qed timplimenta xi azzjonijiet jew strumenti konkreti sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-edukazzjoni u l-edukazzjoni għolja għall-istudenti li kienu refuġjati u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tagħhom?

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza