Mistoqsijiet parlamentari
PDF 196kWORD 19k
1 ta' Marzu 2018
O-000026/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000026/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Alberto Cirio, Sergio Gaetano Cofferati, Daniele Viotti, Elisabetta Gardini, Patrizia Toia, Laura Agea, Matteo Salvini, Barbara Spinelli, Lorenzo Cesa, Raffaele Fitto, Massimiliano Salini, Dario Tamburrano, Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Mara Bizzotto, Simona Bonafè, Mario Borghezio, David Borrelli, Mercedes Bresso, Renata Briano, Nicola Caputo, Fabio Massimo Castaldo, Salvatore Cicu, Angelo Ciocca, Lara Comi, Ignazio Corrao, Silvia Costa, Andrea Cozzolino, Rosa D'Amato, Nicola Danti, Paolo De Castro, Isabella De Monte, Eleonora Evi, Laura Ferrara, Lorenzo Fontana, Eleonora Forenza, Enrico Gasbarra, Elena Gentile, Michela Giuffrida, Roberto Gualtieri, Cécile Kashetu Kyenge, Giovanni La Via, Curzio Maltese, Barbara Matera, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Alessia Maria Mosca, Alessandra Mussolini, Pier Antonio Panzeri, Massimo Paolucci, Aldo Patriciello, Piernicola Pedicini, Pina Picierno, Salvatore Domenico Pogliese, David-Maria Sassoli, Elly Schlein, Remo Sernagiotto, Renato Soru, Marco Valli, Marco Zanni, Flavio Zanonato, Damiano Zoffoli, Marco Zullo

 Suġġett: Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva

Il-każ tal-kumpanija Embraco, li qiegħda tkeċċi 497 impjegat sabiex tittrasferixxi l-produzzjoni mill-istabbiliment (attiv) f'Riva di Chieri, l-Italja, lejn Stat Membru ieħor, tqajjem riflessjoni politika aktar profonda. Il-kumpanija ser tmexxi sempliċement għall-konvenjenza ta' salarji u kwistjonijiet fiskali. Dan huwa dumping soċjali favur dawk il-pajjiżi li għandhom livelli ta' salarji aktar baxxi; huwa dumping fiskali minn dawk li għandhom rati minimi aktar baxxi; huwa atteġġament spjaċevoli, billi jenħtieġ li jingħata valur lir-riżorsi umani u mhux jitkeċċew in-nies sabiex jiżdiedu marġni li diġà huma pożittivi. Is-suq intern tal-Unjoni għandu jrawwem it-tkabbir f'kull reġjun tiegħu u mhux wieħed askapitu tal-ieħor.

Fid-dawl ta' dak li ntqal tista' l-Kummissjoni:

1. tivverifika l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, b'mod partikolari l-kompetizzjoni dwar it-tnaqqis bejn l-Istati li tikkawża problemi ekonomiċi u soċjali f'bosta reġjuni tal-Unjoni, u jekk il-fenomenu tar-rilokazzjonijiet interni huwiex appoġġat mill-użu ta' fondi pubbliċi?

2. tiżgura, permezz ta' kull strument, jekk fil-każ speċifiku ta' Embraco sarx użu ħażin mill-fondi Ewropej?

3. tagħmel ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji element fundamentali tal-baġit, sabiex din tkun prerekwiżit għal eliġibbiltà għall-finanzjament pubbliku u l-akkwist pubbliku?

4. tispjega jekk ir-rilokazzjonijiet fi ħdan l-UE li jfittxu salarji u taxxi aktar baxxi humiex kompatibbli mat-Trattati?

5. tgħarraf jekk tqisx li, fil-każ tar-rilokazzjonijiet interni, il-kumpaniji għandhomx jikkontribwixxu għall-ispejjeż marbuta mal-manteniment tal-ħaddiema mkeċċija bil-ħsieb li dawn jerġgħu jiġu impjegati?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: IT
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Marzu 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza