Proċedura : 2018/2551(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000027/2018

Testi mressqa :

O-000027/2018 (B8-0023/2018)

Dibattiti :

PV 30/05/2018 - 24
CRE 30/05/2018 - 24

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 204kWORD 18k
1 ta' Marzu 2018
O-000027/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000027/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali

 Suġġett: L-estensjoni tal-ambitu tal-Kapitolu I tar-Regolament Brussell IIa biex jinkludi s-sħubijiet reġistrati (riformulazzjoni)
 Tweġiba fil-plenarja 

Ir-Regolament Brussell IIa huwa l-bażi li fuqha hija mibnija l-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-affarijiet tal-familja fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, filwaqt li r-Regolament fih regoli uniformi dwar il-ġurisdizzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni u għall-annullament taż-żwieġ, kif ukoll għal tilwim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet transfruntieri, dan ma jsemmix is-separazzjoni jew l-annullament fir-rigward tas-sħubijiet reġistrati, minkejja l-fatt li 19-il Stat Membru bħalissa jippermettu li l-koppji jidħlu f'tali sħubijiet. Barra minn hekk, f'għadd ta' stati, l-adozzjoni (l-adozzjoni konġunta jew l-adozzjoni mit-tieni ġenitur, jew it-tnejn), hija permessa għal sieħeb reġistrat.

Fl-abbozz tal-proposta tagħha għal regolament ġdid (2016/0190 (CNS) (riformulazzjoni)), il-Kummissjoni xorta għażlet li ma testendix l-ambitu tar-Regolament Brussell IIa għas-sħubijiet reġistrati. Billi ż-żwieġ huwa definit esklużivament f'termini tas-sessi opposti, inkluż fl-Istati Membri li jirrikonoxxu dawn is-sħubijiet, dan iħalli lis-sħab reġistrati esposti għal inċertezza legali f'sitwazzjonijiet transkonfinali, b'mod partikolari meta jkunu involuti t-tfal. B'referenza għal dan ta' hawn fuq, u peress li l-Membri ma jistgħux iressqu emendi barra mill-ambitu tar-riformulazzjoni, nixtiequ nkunu nafu:

-Għala l-Kummissjoni eskludiet is-sħubijiet reġistrati mill-ambitu tal-abbozz tar-Regolament Brussell IIa, anke f'każijiet meta l-Istat Membru tal-qorti kompetenti jirrikonoxxi din il-forma legali?

-Il-Kummissjoni meta għandha l-intenzjoni li testendi l-ambitu għas-sħubijiet reġistrati sabiex jittejjeb l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja fl-UE u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jiggarantixxi d-dritt għal rimedju effettiv, kif ukoll it-trattament ugwali tal-persuni?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Marzu 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza