Mistoqsijiet parlamentari
PDF 200kWORD 20k
4 ta' April 2018
O-000038/2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000038/2018

lill-Kunsill

Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura

João Ferreira, João Pimenta Lopes, Miguel Viegas, Sabine Lösing, Dennis de Jong, Martin Schirdewan, Nikolaos Chountis, Xabier Benito Ziluaga, Tania González Peñas, Miguel Urbán Crespo, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey, Marie-Christine Vergiat, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Eleonora Forenza, Luke Ming Flanagan, Merja Kyllönen, Kostadinka Kuneva, Paloma López Bermejo, Marina Albiol Guzmán, Barbara Spinelli, Sofia Sakorafa, Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis, Maria Lidia Senra Rodríguez, Takis Hadjigeorgiou, Curzio Maltese, Anne-Marie Mineur, Malin Björk, Javier Couso Permuy, Ángela Vallina, Younous Omarjee, Martina Anderson, Lynn Boylan, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Kathleen Van Brempt, Liliana Rodrigues, Ricardo Serrão Santos, Carlos Zorrinho, Ana Gomes, Nicola Caputo, Theresa Griffin, Karin Kadenbach, Ernest Urtasun, Pascal Durand, Molly Scott Cato, Bronis Ropė, Bart Staes, Jill Evans, Klaus Buchner, Claude Turmes, Monika Vana


  Suġġett:  It-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari (TPNW)

L-armi nukleari huma l-aktar theddida serja għall-umanità, peress li l-użu tagħhom jikkawża mwiet u qerda fuq skala kbira u jirrilaxxa radjazzjoni li jkollha riperkussjonijiet fit-tul għal għexieren ta' snin.

Id-diżarm nukleari huwa essenzjali għas-salvagwardja tal-paċi, is-sigurtà u s-sopravivenza tal-umanità, u dan qed isir dejjem aktar urġenti minħabba l-kobor u l-qawwa tal-armamenti nukleari eżistenti u t-tensjoni dejjem akbar fil-livell internazzjonali.

Fis-7 ta' Lulju 2017 saret konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi negozjat strument legalment vinkolanti li jipprojbixxi l-armi nukleari u jwassal għall-eliminazzjoni totali tagħhom – objettiv kondiviż mill-122 Stat promotur – u jesprimi l-aspirazzjonijiet tal-popli għal dinja ħielsa mill-armi nukleari. B'hekk ġie approvat it-Trattat tan-NU dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari (TPNW).

Fl-20 ta' Settembru 2017, it-trattat infetaħ għall-iffirmar u r-ratifika mid-diversi Stati membri tan-NU.

Fl-indirizz tagħha lill-Parlament Ewropew, il-Kampanja Internazzjonali għall-Abolizzjoni tal-Armi Nukleari (ICAN) – li ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi fl-2017 – semmiet l-importanza tal-iffirmar u r-ratifika tat-trattat.

In-NU ffissat il-mandat għal konferenza ta' livell għoli dwar id-diżarm nukleari, li se ssir fil-kwartieri ġenerali tagħha mill-14 sas-16 ta' Mejju 2018, biex isir progress fuq miżuri effikaċi għat-tnaqqis fir-riskji u d-diżarm nukleari.

Il-Kunsill mitlub iwieġeb dan li ġej:

  Beħsiebu jiddiskuti din il-konferenza tan-NU u l-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar it-TPNW?

Imressqa: 4.4.2018

Mgħoddija: 5.4.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 26.4.2018

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' April 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza