Proċedura : 2018/2634(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000044/2018

Testi mressqa :

O-000044/2018 (B8-0026/2018)

Dibattiti :

PV 13/06/2018 - 17
CRE 13/06/2018 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 18k
2 ta' Mejju 2018
O-000044/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000044/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Linda McAvan, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp

 Suġġett: Negozjati għal Ftehim ta' Sħubija ġdid mal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku
 Tweġiba fil-plenarja 

Fit-12 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u l-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku. In-negozjati joffru l-opportunità biex tkun immodernizzata s-sħubija bejn l-UE u l-Grupp ta' Stati AKP, li għandha tibqa' ġuridikament vinkolanti u bbażata fuq valuri. Il-proposti jqajmu għadd ta' mistoqsijiet:

– Il-Kummissjoni kif biħsiebha tirrikonċilja l-bidla proposta favur patti reġjonali maż-żamma ta' identità b'saħħitha tal-AKP?

– Liema rwol u liema status ġuridiku huma previsti għall-Unjoni Afrikana u għall-organizzazzjonijiet reġjonali, bħall-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali, f'din is-sħubija l-ġdida?

– X'tip ta' bilanċ qiegħda tfittex il-Kummissjoni bejn enfasi qawwija fuq l-Afrika u t-tkomplija tas-sħubija mar-reġjuni tal-Karibew u tal-Paċifiku?

– Il-Kummissjoni kif biħsiebha tagħmel id-djalogu politiku aktar effikaċi, ittejjeb il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tagħmel il-monitoraġġ aktar inklużiv u parteċipattiv?

– Il-Kummissjoni kif biħsiebha tibni sħubija ġenwina bejn diversi atturi li tkun tagħti rwol imsaħħaħ lill-parlamenti, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali matul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tal-ftehim, min-negozjati sal-implimentazzjoni?

– Il-Kummissjoni kif se tiżgura li sħubija usa' b'aktar elementi politiċi lil hinn mill-għajnuna ma ddgħajjifx l-impenji tas-sħubija dwar il-qerda tal-faqar u biex ħadd ma jibqa' lura? X'inhuma l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħolqien ta' qafas li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli b'rabta mal-attivitajiet tas-settur privat?

– Il-Kummissjoni kif biħsiebha ssaħħaħ id-dimensjoni parlamentari tas-sħubija futura? Liema arkitettura istituzzjonali qed tipprevedi l-Kummissjoni, barra mill-Assemblea Parlamentari Konġunta (APK) f'livell ġenerali?

– Il-Kummissjoni kif biħsiebha żżid il-poteri konsultattivi tal-APK futura u tiżgura li l-Assemblea tiġi kkonsultata regolarment mill-Kunsill tal-Ministri?

– Il-Kummissjoni se titlob lill-Kunsill jippubblika d-direttivi tan-negozjati finali tal-UE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza