Proċedura : 2018/2545(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000050/2018

Testi mressqa :

O-000050/2018 (B8-0031/2018)

Dibattiti :

PV 03/07/2018 - 24
CRE 03/07/2018 - 24

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 191kWORD 17k
16 ta' Mejju 2018
O-000050/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000050/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Markus Pieper, f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

 Suġġett: Id-definizzjoni ta' SMEs
 Tweġiba fil-plenarja 

L-SMEs jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi Ewropej, jipprovdu 'l fuq minn 90 miljun impjieg u jiġġeneraw EUR 3,9 triljun f'valur miżjud.

L-SMEs għadhom qegħdin jintlaqtu b'mod sproporzjonat mill-piżijiet amministrattivi u regolatorji u jridu jiffaċċjaw il-kundizzjonijiet ta' sfida, inklużi l-fallimenti tas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk introduċiet ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, li tistipula l-kriterji li jiddefinixxu l-SMEs. Madwar 100 att leġiżlattiv sussegwenti tal-UE jagħmlu referenza għal dik id-definizzjoni, jistipulaw regoli għall-għoti ta' appoġġ speċifiku lill-SMEs, bħal opportunitajiet ta' finanzjament, proċeduri u wkoll eżenzjonijiet issimplifikati.

Il-Kummissjoni hija mitluba twieġeb dan li ġej:

1. Fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Settembru 2016 (T-675/13 u T-587/14) li indikaw problemi dwar id-definizzjoni ta' kumpaniji "marbuta" u "msieħba", il-Kummissjoni kif biħsiebha tittratta dawn is-sentenzi, b'kunsiderazzjoni tan-numru ta' atti leġiżlattivi li jinkludu d-definizzjoni ta' SME?

2. Il-Kummissjoni qed tippjana li tadatta d-definizzjoni skont l-inflazzjoni u t-tkabbir fil-produttività sa mill-2003, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità u wkoll billi tqis l-ispeċifiċitajiet tal-mikrointrapriżi u l-SMEs f'termini ta' aċċess għar-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi?

3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tippreżenta rakkomandazzjoni ġdida għal definizzjoni separata ta' Mid-caps, terminu li diġà jidher f'bosta atti leġiżlattivi tal-UE, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tagħhom permezz ta' kriterji li jmorru lil hinn mill-għadd tal-persunal kif ukoll mill-fatturat jew mit-total annwali tal-karta bilanċjali, mingħajr ma jintlaqtu b'mod negattiv il-benefiċjarji attwali tal-iskemi tal-SMEs?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza