Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 17k
17 ta' Mejju 2018
O-000051/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000051/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Kati Piri, f'isem il-Grupp S&D
Renate Sommer, f'isem il-Grupp PPE
Bodil Valero, f'isem il-Grupp Verts/ALE
Marietje Schaake

 Suġġett: Il-finanzjament mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) lit-Turkija għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

Skont il-programm tal-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni lit-Turkija għall-2011/2012, l-UE ffinanzjat vetturi Cobra II għal sorveljanza armata, bi spiża ta' madwar EUR 35,6 miljun. Din l-assistenza finanzjarja għandha l-għan li tappoġġa l-isforzi tal-gvern Tork biex itejjeb il-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri, bi qbil mal-politika tal-UE. Madankollu, il-Human Rights Watch u d-Der Spiegel dan l-aħħar irrapportaw li l-vetturi Cobra II intużaw f'ritorni furzati (pushbacks) ta' rifuġjati lejn it-territorju Sirjan. Skont l-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, sa minn Settembru li għadda, mill-inqas 42 persuna mietu fi sforz biex jaqsmu l-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija.

Barra minn hekk, it-Turkija bniet ħajt tal-konkrit tul il-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja u ma għadhiex tippermetti l-qsim tal-fruntiera ta' persuni li jfittxu l-asil mis-Sirja (ħlief f'każijiet ta' bżonn mediku). Il-vetturi Cobra II, iffinanzjati mill-UE, issa qegħdin jwettqu ronda tul il-ħitan.

1. Il-Kummissjoni hi konxja mill-fatt li jista' jitqies li qiegħda tgħin lit-Turkija twettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali, f'każ li jiġi ppruvat li l-vetturi Cobra II iffinanzjati mill-UE qegħdin jintużaw biex iwaqqfu (bi vjolenza) lil persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali milli jiksbu asil fit-Turkija?

2. Il-Kummissjoni tista' tindika t-termini preċiżi li skonthom ġew fornuti l-vetturi Cobra II, u jekk dawn humiex kompatibbli mal-bażi legali tal-fondi IPA u mal-Artikolu 41(2) tat-TUE? Jekk ikunu kompatibbli, il-Kummissjoni tista' tikkonferma li dawn il-vetturi qegħdin jintużaw biss skont iċ-ċirkostanzi miftiehma u stipulati fl-2011/2012?

3. Liema sistema ta' monitoraġġ ġiet stabbilita biex tevalwa l-użu tal-vetturi Cobra II, u barra minn hekk, liema huma s-sanzjonijiet previsti f'każ li l-proġett iffinanzjat mill-UE ma jkunx konformi mal-ftehim milħuq?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza