Proċedura : 2018/2646(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000053/2018

Testi mressqa :

O-000053/2018 (B8-0032/2018)

Dibattiti :

PV 04/07/2018 - 22
CRE 04/07/2018 - 22

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 17k
17 ta' Mejju 2018
O-000053/2018
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000053/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet

 Suġġett: L-effetti negattivi tal-FATCA fuq iċ-ċittadini tal-UE u b'mod partikolari l-"Amerikani aċċidentali"
 Tweġiba fil-plenarja 

L-Istati Uniti huwa wieħed miż-żewġ pajjiżi fid-dinja li jużaw sistema ta' tassazzjoni msejsa fuq iċ-ċittadini.

Mid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin (FATCA) tal-Istati Uniti u l-ftehimiet intergovernattivi relatati konklużi bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti, l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE ġew obbligati jiżvelaw informazzjoni dettaljata dwar kontijiet miżmuma minn preżunti "persuni mill-Istati Uniti" u dan jinvolvi kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data. L-effetti extraterritorjali tal-FATCA u l-ftehimiet intergovernattivi relatati tiegħu affettwaw lil għadd kbir ta' ċittadini tal-UE, b'mod partikolari l-hekk imsejħa "Amerikani aċċidentali", kif ukoll liċ-ċittadini b'ċittadinanza doppja tal-UE/tal-Istati Uniti u lill-membri tal-familja tagħhom li mhumiex ċittadini tal-Istati Uniti; Il-FATCA rriżulta f'numru dejjem jikber ta' ċittadini tal-UE li jiġu miċħuda l-aċċess għal servizzi bankarji bażiċi fl-UE, u dan jidher li huwa fi ksur tad-Direttiva dwar il-Kontijiet ta' Pagament (id-Direttiva 2014/92/UE) u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tinkludi s-sitwazzjoni tal-"Amerikani aċċidentali" fil-valutazzjoni tagħha tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-Kontijiet ta' Pagament, u tiżgura d-dritt taċ-ċittadini kollha tal-UE li jkollhom aċċess għal kont ta' pagament b'karatteristiċi bażiċi mingħajr diskriminazzjoni, b'konformità mal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva?

2. Fid-dawl tan-nuqqas sinifikanti ta' reċiproċità bejn l-Istati Uniti u l-UE fil-kuntest tal-FATCA u n-nonparteċipazzjoni tal-Istati Uniti fl-Istandard Komuni ta' Rappurtar tal-OECD, il-Kummissjoni x'azzjoni diplomatika u leġiżlattiva biħsiebha tieħu biex tipproteġi d-drittijiet u l-interessi taċ-ċittadini tal-UE kkonċernati mill-effetti extraterritorjali tal-FATCA?

3. Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ approċċ konġunt tal-UE biex id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE jiġu protetti b'mod adegwat u tiġi żgurata r-reċiproċità, b'konformità mal-ogħla standards internazzjonali dwar it-trasparenza tat-taxxa? B'mod partikolari, il-Kummissjoni lesta tikkunsidra mill-ġdid il-possibbiltà li jiġi nnegozjat ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-FATCA?

4. Il-Kummissjoni tista' twettaq valutazzjoni sħiħa tal-impatt tal-FATCA fuq iċ-ċittadini tal-UE, u tispjega jekk teżistix diskrepanza serja bejn iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE fi Stati Membri differenti tal-UE, speċjalment fir-rigward l-istandards tad-drittijiet fundamentali u tal-protezzjoni tad-data tal-UE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza