Mistoqsija Parlamentari - O-000071/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000071/2018

L-għaxar anniversarju tal-proposta tad-Direttiva Orizzontali

22.6.2018

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000071/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Terry Reintke, Daniele Viotti, Maria Noichl, Jean Lambert, Eider Gardiazabal Rubial, Cornelia Ernst, Theresa Griffin, Virginie Rozière, Alessia Maria Mosca, Dietmar Köster, Sirpa Pietikäinen, Ana Gomes, Carlos Zorrinho, Brando Benifei, Tom Vandenkendelaere, Gabriele Zimmer, Sylvie Guillaume, Sophia in 't Veld, Jude Kirton-Darling, Elly Schlein, Izaskun Bilbao Barandica, Merja Kyllönen, Monika Beňová, Pina Picierno, Javier Couso Permuy, Nessa Childers, Benedek Jávor, Soraya Post, Lola Sánchez Caldentey, Josep-Maria Terricabras, Ernest Urtasun, Tania González Peñas, Martina Michels, Maria Lidia Senra Rodríguez, Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Martina Anderson, Ana Miranda, José Inácio Faria, Stelios Kouloglou, Malin Björk, Péter Niedermüller, Miltiadis Kyrkos, Laura Ferrara, Wajid Khan, Matt Carthy, Lynn Boylan, Birgit Sippel, Tibor Szanyi, Bart Staes, Patrick Le Hyaric, Damian Drăghici, Claude Moraes, Miriam Dalli, Liadh Ní Riada, Eleonora Forenza, Sergio Gaetano Cofferati, Renata Briano, Goffredo Maria Bettini, Cécile Kashetu Kyenge, Tanja Fajon, Fabio Massimo Castaldo

Il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali lil hinn mis-suq tax-xogħol, irrispettivament mill-età, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew it-twemmin reliġjuż - 'l hekk imsejħa d-Direttiva Orizzontali - fit-2 ta' Lulju 2008.

Bħalissa, id-dritt tal-UE jipproteġi liċ-ċittadini kontra d-diskriminazzjoni:

– meta hija bbażata fuq in-nazzjonalità, l-età, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-orjentazzjoni sesswali jew id-diżabilità: fil-qasam tal-impjiegi biss;

– meta hija bbażata fuq is-sess: fl-oqsma tal-impjiegi, is-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi - iżda mhux fir-rigward tal-edukazzjoni u tal-vantaġġi soċjali;

– meta hija bbażata fuq r-razza jew l-oriġini etnika: fil-qasam tal-impjiegi u oqsma oħra tal-ħajja, bis-saħħa tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali tas-sena 2000.

Id-Direttiva Orizzontali kienet se tagħlaq il-lakuni u tarmonizza l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea. Madankollu, wara għaxar snin ta' diskussjonijiet u negozjati, il-proposta waħħlet fi ħdan il-Kunsill, u l-UE hija nieqsa minn protezzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja.

– Il-Kummissjoni x'azzjoni ħadet s'issa bl-għan li tiżblokka d-Direttiva Orizzontali fi ħdan il-Kunsill?

– Minbarra d-Direttiva Orizzontali, il-Kummissjoni x'beħsiebha tagħmel biex issaħħaħ il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea u timxi lejn protezzjoni komprensiva fl-oqsma kollha tal-ħajja (minbarra l-impjieg) madwar l-UE kollha?

– Il-Kummissjoni x'passi qiegħda tieħu biex tiżgura li d-dritt stabbilit fil-Pilastru Soċjali, jiġifieri li kull persuna, irrispettivament mill-ġeneru, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, għandha d-dritt għat-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-protezzjoni soċjali u l-edukazzjoni, huwa implimentat fl-Istati Membri kollha? Il-Kummissjoni x'passi qiegħda tieħu biex tippromwovi l-opportunitajiet indaqs għal gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed?

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza