Mistoqsija Parlamentari - O-000124/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000124/2018

Propagazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000124/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Proċedura : 2018/2953(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000124/2018
Testi mressqa :
O-000124/2018 (B8-0420/2018)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda infettiva, normalment fatali, tal-ħnieżer u taċ-ċingjali. Din il-marda thedded serjament it-trobbija tal-ħnieżer b'telf ekonomiku indirett konsiderevoli għas-settur tal-ħnieżer minħabba projbizzjonijiet għal għarrieda u totali tal-importazzjoni ta' ħnieżer, tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-ħnieżer li ġejjin minn pajjiż fejn il-marda tkun ġiet identifikata imposti minn pajjiżi terzi. Għaxar Stati Membri huma attwalment ikkonċernati.

Iċ-ċingjali jġorru u jxerrdu l-virus, li jistgħu jgħadduh lill-ħnieżer domestiċi. Barra minn hekk, il-bniedem involontarjament ippropaga l-virus fuq distanzi twal lejn reġjuni ġodda li ma kinux infettati. Huwa ċar li jinħtieġ approċċ globali li jinvolvi l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet professjonali, l-għaqdiet tal-kaċċaturi u ċ-ċittadini kollha għal finijiet ta' prevenzjoni, kontroll u qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. Huwa importanti li l-Istati Membri jxerrdu informazzjoni preċiża fil-qasam tal-bijosigurtà lill-irziezet biex il-bdiewa, li jinsabu quddiem nett biex jegħlbu din il-problema, ikunu jistgħu jieħdu miżuri immedjati biex iwaqqfu it-tixrid tal-marda.

Barra mill-miżuri ta' prevenzjoni u ta' kontroll li l-Kummissjoni diġà stabbiliet u li għandhom ikunu applikati meta l-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija suspettata jew konfermata f'azjenda jew fiċ-ċingjali:

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tiżgura li l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha fl-oqsma tas-saħħa tal-annimali, tal-fawna selvaġġa, tat-trasport bit-triq u tad-dwana jkunu kkoordinati b'mod strett?

2. Liema miżuri, inkluż l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-bdiewa milquta, biħsiebha tieħu l-Kummissjoni biex tikkontrolla aħjar u teqred il-marda?

3. Il-Kummissjoni kif qiegħda tindirizza l-projbizzjonijiet sproporzjonati adottati minn ċerti pajjiżi terzi tal-esportazzjonijiet ta' ħnieżer, tal-laħam tal-majjal u ta' prodotti tal-ħnieżer mill-Istati Membri milquta?

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza