Mistoqsija Parlamentari - O-000128/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000128/2018

Il-protezzjoni tar-ross tal-UE

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000128/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Proċedura : 2018/2957(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000128/2018
Testi mressqa :
O-000128/2018 (B8-0004/2019)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-influss massiv tal-hekk imsejjaħ "ross indica" mill-Kambodja u mill-Myanmar, li jibbenefika minn skema ta' eżenzjoni tariffarja, eżerċita pressjoni qawwija 'l isfel fuq il-prezzijiet tar-ross fl-UE. Ammont kbir ta' dan ir-ross jiġi importat matul l-istaġun tal-ħsad, lest biex jinbiegħ fis-supermarkets u bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-produtturi tal-UE.

Fid-dawl ta' dawn id-diffikultajiet, il-produtturi tal-UE talbu li tinbeda investigazzjoni ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22 et seq. tar-Regolament dwar is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi.

Tista' l-Kummissjoni tippreżenta l-qagħda sħiħa tal-ħidma ta' din l-investigazzjoni ta' salvagwardja u tindika b'mod partikolari:

– il-konklużjonijiet li waslet għalihom;

– il-miżuri li qed tipproponi li jiġu stabbiliti (jekk hemm);

– il-passi li jmiss lejn l-adozzjoni formali ta' dawn il-miżuri.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza