Mistoqsija Parlamentari - O-000133/2018Mistoqsija Parlamentari
O-000133/2018

Id-drittijiet tal-persuni intersesswali

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000133/2018
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes
f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura : 2018/2878(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000133/2018
Testi mressqa :
O-000133/2018 (B8-0008/2019)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Il-persuni intersesswali huma esposti għal sitwazzjonijiet multipli ta' vjolenza u diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u dan il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem għadu fil-parti l-kbira mhux magħruf mill-pubbliku ġenerali u dawk li jfasslu l-politika. Filwaqt li l-individwi intersesswali jitwieldu b'karatteristiċi fiżiċi tas-sess li ma jikkorrispondux man-normi mediċi jew soċjali kurrenti għal ġisem femminili jew maskili, ħafna Stati Membri jeħtieġu legalment li kull min jitwieled jiġi ċċertifikat u rreġistrat bħala persuna maskili jew femminili. Il-kirurġija u t-trattamenti mediċi sikwit jitwettqu fuq tfal intersesswali mingħajr il-kunsens minn qabel, personali u sħiħ u infurmat tagħhom, u dan jaf ikollu konsegwenzi tul il-ħajja kollha, fosthom trawma psikoloġika u indeboliment fiżiku.

1. Il-Kummissjoni kif biħsiebha tindirizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni intersesswali, u tiżgura d-depatoloġizzazzjoni tagħhom? Se tressaq leġiżlazzjoni biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet?

2. Kif biħsiebha tiżgura li ħadd ma jiġi soġġett għal trattamenti mediċi jew kirurġiċi mhux meħtieġa fl-infanzja jew fit-tfulija u tappoġġa l-adozzjoni ta’ proċeduri flessibbli tar-reġistrazzjoni tat-twelid?

3. X'passi se tieħu biex ittejjeb l-iskambju tal-prattiki tajbin u tippromwovi l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipproteġi b'mod adegwat id-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali u tat-tfal intersesswali - inklużi t-tfal intersesswali b'diżabilità - u tiggarantixxi protezzjoni sħiħa kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-karatteristiċi tas-sess?

Imressqa: 28.11.2018

Mgħoddija: 30.11.2018

L-iskadenza għat-tweġiba: 7.12.2018

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza