Mistoqsija Parlamentari - O-000001/2019Mistoqsija Parlamentari
O-000001/2019

Ir-regoli dwar il-benessri tal-annimali fl-akkwakultura

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000001/2019
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
John Flack, Fabio Massimo Castaldo, Arne Gericke, Fredrick Federley, Ivo Vajgl, Karin Kadenbach, Pirkko Ruohonen-Lerner, Julie Ward, Marco Zullo, Eleonora Evi, Michèle Rivasi, Stelios Kouloglou, Sven Giegold, Bart Staes, Keith Taylor, Michela Giuffrida, Paul Brannen, Pavel Poc, David Martin, Stefan Eck, Sirpa Pietikäinen, Jacqueline Foster, Tilly Metz, Davor Škrlec, Georgi Pirinski, Tonino Picula, Jiří Pospíšil, Tunne Kelam, Zdzisław Krasnodębski, Kosma Złotowski, Isabella De Monte, Anja Hazekamp, Kostas Chrysogonos, Klaus Buchner, Pascal Durand, Younous Omarjee, Jill Evans, Guillaume Balas, Dominique Bilde

Proċedura : 2019/2616(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000001/2019
Testi mressqa :
O-000001/2019 (B8-0015/2019)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

F'Novembru, il-Kummissjoni ppubblikat studju u rapport dwar il-benessri tal-ħut waqt it-trasport tal-ħut ħaj, li ġibdu l-attenzjoni kemm lejn inadegwatezzi tal-prattiki kurrenti kif ukoll lejn id-diskrepanzi bejn il-miżuri differenti meħuda fil-livell nazzjonali.

Madankollu, minkejja l-konklużjoni li l-istandards qed jaqgħu fl-Ewropa kollha, u minkejja appelli mill-Parlament u mill-Kunsill biex tieħu aktar azzjoni, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda proposta għal titjib.

Barra minn hekk, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) saħqet li l-ħut huma esseri sensibbli, u l-Federazzjoni tal-Produtturi Ewropej tal-Akkwakultura spiss issemmi l-benessri tal-ħut fil-kodiċi ta' kondotta tagħha. Il-benessri tal-ħut kulma jmur qed isir dejjem aktar rikonoxxut bħala l-qafas li permezz tiegħu għandhom jiġu ġestiti s-saħħa tal-annimali, il-produttività tal-azjendi agrikoli, u l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi.

X'ġustifikazzjoni għandha l-Kummissjoni biex tinjora l-messaġġi mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-industrija dwar in-nuqqasijiet fil-qasam tal-benessri tal-ħut?

Peress li hemm eżempji ta' regoli effettivi fil-livell tal-Istati Membri rigward l-isturdament ta' qabel it-tbiċċir, peress ukoll li l-istandards tat-trasport mhux qed jiġu rispettati għar-raġuni biss li mhux qed isir ippjanar ta' kontinġenza f'xi każijiet, li akkomodazzjoni adegwata hija prerekwiżit biex ikollna ħut b'saħħtu, u li l-partijiet kollha jirrikonoxxu l-valur ta' taħriġ imtejjeb, hi l-Kummissjoni se timpenja ruħha li tintroduċi rekwiżiti leġiżlattivi relatati mal-benessri tal-annimali fl-akkwakultura sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni tal-aħjar prattika madwar l-Unjoni Ewropea kollha?

Imressqa: 7.1.2019

Mgħoddija: 9.1.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 16.1.2019

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza