Mistoqsija Parlamentari - O-000003/2019Mistoqsija Parlamentari
O-000003/2019

Negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament: proposta leġiżlattiva

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000003/2019
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Danuta Maria Hübner
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Proċedura : 2019/2536(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000003/2019
Testi mressqa :
O-000003/2019 (B8-0019/2019)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Bil-ħsieb li jingħata segwitu għall-ftehim milħuq bejn il-President tal-Kumitat AFCO u r-Rapporteur Jáuregui mal-Presidenza Slovakka tal-Kunsill u mal-Kummissjoni fl-10 ta' Ottubru 2016, li jgħid li sabiex jiġu mnedija negozjati uffiċjali, hija meħtieġa preżentazzjoni ta' formulazzjoni ġdida tal-proposta tal-PE, il-Kumitat AFCO approva, u bagħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2018, fil-forma ta' dokument informali, formulazzjoni ġdida tal-proposta dwar ir-Regolament li jirregola d-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew, kif stabbilit fl-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Din il-formulazzjoni ġdida, li tikkostitwixxi test ġdid ta' 25 artikolu, u kienet ibbażata kemm fuq il-ftehimiet u l-għażliet differenti żviluppati matul il-laqgħat imwettqa mis-servizzi legali tat-tliet istituzzjonijiet fl-2017 u fuq ir-rapport ta' David Martin adottat fl-2014, inklużi diversi modifiki mfassla biex isolvu t-tħassib indirizzat mill-Kunsill u l-Kummissjoni, kellha ambizzjoni u intenzjoni waħda – dik li tikkonforma mal-impenn imsemmi hawn fuq bil-għan li jiġu mnedija negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni, li qatt ma seħħew matul din il-leġiżlatura. Fil-fatt, l-ittra ta' tweġiba tal-Kunsill għad-dokument informali tal-25 ta' Ottubru 2018 tifformalizza lista ġdida ta' tħassib u ma tħalli l-ebda marġni ta' manuvra għan-negozjati, pjuttost bil-maqlub tal-idea li kienet wara d-dokument informali – dik li jiġu mnedija n-negozjati.

Minħabba li l-leġiżlatura waslet fi tmiemha, u l-possibbiltajiet kollha għan-negozjati ġew eżawriti, il-Kumitat AFCO jixtieq jesprimi n-nuqqas ta' qbil profond tiegħu mal-attitudnijiet murija mill-Kunsill u l-Kummissjoni li, wara aktar minn erba' snin ta' laqgħat informali u skambji ta' ittri u dokumenti, qed ikomplu jopponu laqgħa formali biex jiddiskutu f'livell politiku soluzzjonijiet possibbli biex jiġu solvuti l-problemi identifikati. Fil-fatt, l-attitudni tal-Kunsill li jkompli jirrifjuta li japprova mandat politiku li jiftaħ il-bibien għal laqgħat ta' natura politika biex jiġu solvuti l-aktar kwistjonijiet kontenzjużi u biex jiġi deċiż jekk jistax jintlaħaq ftehim, tirrappreżenta nuqqas ċar ta' kooperazzjoni leali fit-twettiq ta' mandat skont it-Trattati (l-Artikolu 226 tat-TFUE).

Jista' l-Kunsill jispjega r-raġunijiet għal din l-oppożizzjoni u jagħti mandat ċar lill-Presidenza tiegħu biex tinnegozja mal-Parlament u mal-Kummissjoni bil-għan li jintlaħaq ftehim li jippermetti l-konklużjoni tal-proċedura u li jipprovdi l-qafas legali xieraq stabbilit għall-implimentazzjoni tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament?

Imressqa: 22.1.2019

Mgħoddija: 23.1.2019

L-iskadenza għat-tweġiba: 13.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Jannar 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza