Suġġett:L-iżviluppi reċenti dwar l-iskandlu Dieselgate
Fi stqarrija għall-istampa, maħruġa fis-16ta'Ottubru2018, dwar il-programm ta' ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) għall-2019, il-President tal-QEA, Klaus-Heiner Lehne, ħabbar li l-QEA kellha teżamina l-approċċ tal-UE dwar il-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi sabiex "jiġi stabbilit jekk l-UE hijiex twettaq dak li wiegħdet". X'miżuri se jieħdu l-Istati Membri fid-dawl tat-tħassib espress fid-dokument ta' tgħarrif tal-QEA tas-7ta'Frar2019?
a.Li jirtiraw mis-suq l-"għadd kbir ta' karozzi li jniġġsu ħafna"?
b.Li jifhmu u jindirizzaw l-impatt limitat fuq l-emissjonijiet tal-NOx li kellha s-sejħa lura tal-vetturi li għadha għaddejja, fil-qies ukoll tal-effett limitat tal-aġġornamenti tas-softwer li bdew isiru?
c.Li jissorveljaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kontrolli ta' sorveljanza mill-Istati Membri?
d.Li jżommu lill-manifatturi tal-karozzi milli jsibu flessibbiltajiet ġodda fit-test tal-laboratorju armonizzat fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) bħala mezz biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom?
e.Li jiżguraw li l-manifatturi ma jottimizzawx il-vetturi għat-test tal-emissjonijiet fis-sewqan reali (RDE)? Il-Kummissjoni se tittestja l-karozzi f'ċirkolazzjoni lil hinn mill-parametri tal-RDE billi tuża l-faċilitajiet tagħha stess, kif issuġġerit fid-dokument tal-QEA?
Fid-dawl tad-dokument ta' tgħarrif tal-QEA, il-Kummissjoni għala ddeċidiet li tappella s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) fil-każijietT-339/16, T-352/16 u T-391/16? Din id-deċiżjoni se tmexxi lura l-iskadenza stabbilita mill-QĠUE li qabilha jista' jibqa' fis-seħħ il-marġni ta' manuvra tal-ittestjar?
Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ1275/2018/EWM, il-Kummissjoni se tagħti aktar aċċess, b'mod sinifikanti, għall-minuti tal-laqgħat tal-kumitati tekniċi b'mod ġenerali u tal-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur b'mod partikolari?
Fl-aħħar nett, aktar minn sentejn wara li l-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedimenti ta' ksur, dawn għadhom ma avvanzzawx aktar mill-ewwel stadju. Meta se tikkonkludi l-ħidma inizjali tagħha u toħroġ opinjoni motivata?