Kunflitt ta' interess u korruzzjoni li jaffettwaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE fl-Istati Membri
5.12.2019
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000041/2019
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Monika Hohlmeier
f'isem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, il-Parlament esprima t-tħassib serju tiegħu u talab li l-Kummissjoni tieħu azzjoni rigward diversi każijiet li jkun fihom riskju ta' użu irregolari ta' fondi tal-UE f'oqsma importanti ta' politika bħall-agrikoltura u l-koeżjoni. Dawn il-każijiet jheddu li jdgħajfu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-UE u għandhom impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-politiki u għalhekk għandhom impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali kruċjali fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.
- 1.Abbażi tal-esperjenzi tal-Kummissjoni, hija tqis li l-verifiki fuq il-post u l-awditi li diġà twettqu huma każijiet ta' użu ħażin ta' fondi tal-UE (l-aktar il-politika agrikola komuni, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) fi Stati Membri li jinvolvu skemi stabbiliti, kif ukoll uffiċjali/detenturi ta' karigi ta' livell għoli, bħala nuqqasijiet sistemiċi jew tqishom biss bħala każijiet individwali ta' użu irregolari?
- 2.Il-Kummissjoni x'miżuri ħadet jew beħsiebha tieħu sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE u biex telimina l-konsegwenzi jew ir-riskju potenzjali ta' użu irregolari ta' fondi tal-UE li jinvolvu skemi bħal dawn u uffiċjali ta' livell għoli?
- 3.X'miżuri beħsiebha tieħu biex iżżid it-trasparenza fir-rigward tal-benefiċjarji finali ta' fondi tal-UE, meta huma involuti strutturi ta' sjieda bħal kumpaniji azzjonisti?
- 4.Meta jiġi introdott livell limitu massimu biex ikun possibbli aċċess aħjar għal fondi tal-UE minn farms żgħar jew impriżi mikro/żgħar, liema miżuri jipprevjenu d-diviżjoni artifiċjali ta' farms/impriżi kbar f'impriżi iżgħar taħt l-istess sjieda sempliċement sabiex jiġi evitat il-livell limitu massimu?
- 5.Kif qiegħda tippjana li ssolvi l-każijiet li reċentement ġew irrapportati fil-midja u kif qiegħda tippjana li tipprevjeni li fil-futur jerġgħu jseħħu każijiet simili?
- 6.Il-Kummissjoni qiegħda tippjana xi miżuri, abbażi tal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju 2018/1046, sabiex tinvestiga u tieħu azzjoni rigward sitwazzjonijiet possibbli ta' kunflitt ta' interess fl-Istati Membri?
Imressqa: 05/12/2019
Skadenza: 06/03/2020