Mistoqsija Parlamentari - O-000044/2019Mistoqsija Parlamentari
O-000044/2019

COP15 għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika – li se ssir f'Kunming, iċ-Ċina, fl-2020

6.12.2019

Mistoqsija għal tweġiba orali  O-000044/2019
lill-Kummissjoni
Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura
Pascal Canfin, Agnès Evren, César Luena, María Soraya Rodríguez Ramos, Ville Niinistö, Alexandr Vondra, Silvia Modig
f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Ir-rata tat-telf tal-bijodiversità li qed naraw hija bla preċedent, u qed isir dejjem aktar probabbli li, għal darb' oħra, il-parti l-kbira tal-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku dwar il-Bijodiversità għall-2011-2020 mhumiex sejrin jintlaħqu. Il-ħmistax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li se ssir f'Kunming, iċ-Ċina, f'Ottubru 2020, għaldaqstant se tkun ta' importanza globali kritika, peress li huwa mistenni taġġorna l-pjan strateġiku tal-Konvenzjoni u tadotta qafas globali tal-bijodiversità għal wara l-2020.

Imressqa: 06/12/2019

Skadenza: 07/03/2020

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Novembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza